Fil-Karmnu tal-Mdina d-devozzjoni lejn Santa Tereża tal-Bambin Ġesù tmur lura għal żmien ta’ qabel il-beatifikazzjoni tagħha fl-1923. Fil-kunvent insibu diġà kwadru tagħha qabel ma ġie dikjarata beata u wara qaddisa fl-1925. Inisbu wkoll diversi edizzjonijiet ta’ Storja ta’ ruħ. Devot kbir ta’ Santa Tereżin kien P. Avertan Fenech. Għall-kanonizzazjoni tagħha x-xbieha li tinsab fil-Knisja kienet intramat fuq l-altar maġġur b’raġġiera kbira warajha. Il-bosta ex-voto, fosthom labra tal-Papa Piju X jixhdu d-devozzjoni lejn din il-Qaddisa tal-Ward u Mgħallma fit-telqa f’Alla li hu kollu ħniena.
Bħal kull sena fil-Karmnu tal-Mdina sejrin niċċelebraw il-festa ta’ Santa Tereżina u bi tħejjija għall-Ġublew tal-Ħniena mniedi mill-Papa Franġisku se jkollna wkoll taħdita dwar Santa Tereża, Duttur tat-telqa f’idejn il-Ħniena ta’ Alla.
Go Ahead, Leave A Comment