Tnedija tal-ewwel ġabra ta’ poeżiji ta’ P. Charlò Camilleri, O.Carm. miktuba fuq medda ta’ 20 sena.
“il-poeżija hi esperjenza ta’ tindif, ta’ katarsi”. Camilleri jistqarr li “il-poeżija toħroġ bi tbatija kbira” u jqabbilha ma’ “esperjenza maġika-reliġjuża” jew “att ta’ verità”. Patri Charlò jifhem il-ħtieġa tar-riġenerazzjoni: “il-vrus iridu jmutu” biex jinkixfu tattwaġġi saċerdotali. Il-poeta jħossu mnebbaħ minn kliem ta’ seħer li hu wkoll lingwaġġ “perikoluż” għax bħal tattwaġġ, minkejja li hu simboliku, u allura f ’ċertu sens jostor, xorta se jikxef l-interjorità sigrieta u spiritwali tiegħu.
mill-melodiji sperimentali tiegħu, u l-ammont ta’ awsterità spiritwali infilsata fil-vjaġġi kontemplattivi tiegħu li jinvolvu identifikazzjoni, jekk mhux assimilazzjoni sħiħa mad-divin, ma ddumx biex tinduna li ninsabu quddiem poeta mistiku millaktar eleganti.
Go Ahead, Leave A Comment