L-eżerċizzju tal-Via Crucis imur lura lejn ix-xewqa tal-Insara li jżuru l-postijiet imqaddsa fejn Sidna Ġesu’ Kristu għadda l-ħajja tiegħu ta’ bniedem fostna u ġarrab il-passjoni.
Fil-Medjuevu, ħadet bħan-nar l-ispiritwalita’ u l-prattika tal-pellegrinaġġi lejn il-postijiet qaddisa. B’benefiċċju għal mimn ma setax iżur fiżikament dawn il-postijiet imqaddsa, nibtu eżerċizzi devozzjonali li fihom dak li jkun seta “jżur” dawn l-imkejjen qaddisa bl-immaġinazzjoni minn pajjiżu stess. Ian Pascha, Karmelitan Olandiż, per eżempju ippublika eżerċizzju jissejjaħ: “Pellegrinaġġ Spiritwali” imqassam għal kull jum tas-sena sabiex min jagħmlu “jżur” kuljum post marbut mal-ħajja ta’ Ġesu u jimmedita fuq misteru partikolari mill-ħajja tiegħu. Il-Via Crucis, hija wieħed minn dawn il-modi li bih nistgħu nimxu l-passi tal-passjoni ta’ Ġesu. Fl-Art Imqaddsa il-Via Crucis tgħaddi mill-Via Dolorosa, meta l-Via Crucis issir f’imkejjen oħra nistgħu ngħidu li l-imkejjen tagħna stess isiru t-triq li minnha jgħaddi Ġesu u bil-passjoni tiegħu jifdi l-passjoni tagħna.
Il-Via Crucis mit-toroq antiki u suggestivi tal-Mdina bil-waqfiet tal-istazzjonijiet mad-djar tan-nies tal-Mdina għal mument tibdel l-Imdina fil-Via Dolorosa li minnha għadda Kristu jgorr is-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.
Go Ahead, Leave A Comment