Il-Vangelu ta’ llum jaghtina zewg dettalji mportanti:

1) li Gesù ghamel is-sinjal tal-fejqan ta’ bin il-Fizzjal f’Kana tal-Galilija, fejn kien ghamel l-ewwel sinjal tal-ilma mibdul fi nbid;

2) li dan is-sinjal tal-fejqan huwa t-tieni wiehed li ghamel Gesù.

Dawn iz-zewg dettalji juruna li z-zewg sinjali huma marbutin flimkien ghalkemm separati minn xulxin. Fit-tieg ta’ Kana Gesù nieda s-saltna l-gdida karatterizzata miz-zwieg, ir-rabta, tad-divinità mal-umanità. Din ir-rabta tasal fil-milja taghha fl-Ghid tal-Mulej meta Sidna Gesù fuq is-Salib jaghti lilu nnifsu ghal kollox lill-Umanità rapprezentata fil-persuna ta’ Marija, tad-Dixxiplu l-Mahbub u n-nisa l-ohra dixxipli li baqghu fidili sal-ahhar ma’ Kristu. Fit-tieni sinjal tal-fejqan tat-tifel ghandna biex nghidu hekk l-effett ta’ din l-ghotja tal-hajja ta’ Kristu lilna u r-rabta tieghu maghna. L-iben ifieq mid-deni u jehles minn halq il-mewt. Id-deni fl-iskrittura huwa sinjal ta’ nuqqas ta’ hila u sahha li twassal ghall-mewt fuq livell spiritwali.

Nitolbu lil Alla jaghtina l-grazzja li nqeghdu lil Kristu fic-centru tal-hajja taghna, nemmnu fih u nintelqu f’idejh, sabiex jaghtina l-hajja tassew, il-hajja ta’ wlied Alla, biex isehh fina dak li habbar Izaija fl-ewwel qari, jigifieri li Alla se johloq smewwiet godda u art gdida.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook