Labtijiet tal-Madonna tal-Karmnu tas-seklu 19, maħduma mill-frajiet. Kollezzjoni tal-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina.

Labtijiet tal-Madonna tal-Karmnu tas-seklu 19, maħduma mill-frajiet. Kollezzjoni tal-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina.

Il-liturġija u d-devozzjoni popolari tiddedika x-xahar ta’ Novembru għat-tifkira tal-għeżież mejtin tagħna. Novembru jiftaħ bil-festa tal-Qaddisin Kollha u bl-Għid tal-Imwiet u jagħlaq bil-festa ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu li għad jiġi fl-aħħar taż-żmien Imħallef tal-ħajjin u tal-mejtin.

Aħna nemmnu li wara l-mewt tagħna ngħaddu mill-ġudizzju dwar ħajjitna fuq din l-art. Ġesù jgħallimna li se nkunu ġġudikati fl-imħabba. L-imħabba li mhijiex sentiment imma sforz biex jiena ningħata lil Alla u lil ħuti l-bnedmin. Il-ġudizzju se jkun fl-imħabba għax Alla nnifsu huwa Mħabba Perfetta u xejn li mhuwiex imħabba ma’ jista’ jingħaqad miegħu. Għaldaqstant l-ideal tal-ħajja tagħna għandu jkun dak li nħallu lil Alla jwassalna għall-imħabba perfetta billi jsaffina u jittrasformana fiċ-ċirkustanzi kollha li ngħaddu minnhom f’ħajjitna, kemm dawk sbieħ u kemm dawk inqas sbieħ. Din it-trasformazzjoni fl-imħabba hija possibbli biss bil-grazzja ta’ Alla u bir-rieda tagħna li ma nħallu xejn ibegħedna minn din l-imħabba li Kristu wrihielna bil-kelma u bl-eżempju tiegħu fl-Evanġelju.

Aħna nafu bl-esperjenza li meta ngħalqu għajnejna għal din il-ħajja għalkemm –nittamaw dejjem- inkunu fil-ħbiberija ma’ Alla, fis-sens li nkunu bnedmin li xtaqna f’ħajjitna li nagħmlu dak li hu sewwa quddiemu u quddiem ħutna l-bnedmin, xorta waħda ma nkunux wasalna għal din l-imħabba perfetta. Bnedmin aħna tad-demm u l-laħam u kull wieħed minnha jġorr il-piż ta’ ħtijietu, tal-egoiżmu u tan-nuqqas fl-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. Għaldaqstant il-laqgħa tagħna ma’ Alla tkun waħda ta’ tisfija. Alla huwa nar li jikkonsma (Dt 4:24; Lhd 12:29) tgħallimna l-Iskrittura. Għall-qaddisin tiegħu huwa nar ta’ mħabba li jħeġġeġ l-imħabba u jkompli jikkonsmahom fl-imħabba, għall-ħżiena li kategorikament jiċħdu l-imħabba ta’ Alla huwa nar jsir nar insopportabbli li jikkonsma u jeqred (dak li aħna nsejħulu l-Infern), għal dawk li huma ħbieb ta’ Alla imma li ma waslux fl-imħabba perfetta, isir nar li jikkonsma l-imperfezzjonijiet tagħhom u jsaffihom (dak li aħna nsejħulu Purgatorju). Għalkemm biex nesprimu dawn ir-realtajiet spiritwali tal-aħħar (in-Novissmi) l-immaġinarju u l-arti “jpinġuhomlna” bħala mkejjen, il-Knisja dejjem insistiet li dawn ir-realtajiet tal-aħħar huma stat jew qagħda spiritwali li li jirriflettu fhiex aħna ma’ Alla.

Fil-Karmelu id-devozzjoni popolari rabtet l-ispiritwalità Karmelitana man-Novissmi. Dan minħabba żewġ fatturi:

  1. id-devozzjoni tal-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu marbuta mal-wegħda tal-Bolla Sabatina li jingħad li tmur lura għas-sena 1322 u twassal it-twemmin li Marija tinżel il-purgatorju nhar ta’ Sibt ittella’ l-erwieħ devoti tagħha lebsin bl-iskapular fis-sema. Waqt li l-Papiet dejjem ikkonfermaw il-kontenut tal-Bolla bħala espressjoni tal-fidi fil-ħarsien ta’ Marija lejn uliedha fi triqthom lejn is-sema f’din id-dinja u fl-istat tat-tisfija wara mewtna, dejjem ħarsu dan it-twemmin minn ħjiel ta’ spuerstizzjoni. Il-ħarsien ta’ Marija f’ħajjitna u fis-siegħa ta’ mewtna hu dejjem marbut mal-fatt li wieħed jgħix skont dak li jifsser il-labtu (il-libsa u l-ħajja ta’ Kristu u Marija) u hekk jasal sal-ħajja ta’ dejjem.
  2. il-fatt li l-ħajja Karmelitana ddur mal-proċess tat-trasformazzjoni fil-perfezzjoni tal-Imħabba Divina. F’dan il-proċess, il-Karmelitan iħossu mwieżen mill-Imqaddsa Verġni Marija bħala Oħtna fil-fidi li timxi magħna fil-mixja wara Ġesù. Hija mhux biss tgħinna f’din il-ħajja bl-eżempju u l-ħarsien tagħha imma wkoll tħarisna fis-siegħa ta’ mewtna sa ma naslu fl-għaqda perfetta ma’ Alla fil-ħajja ta’ dejjem. Espressjoni ta’ din id-devozzjoni popolari hija r-rabta bejn id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu u l-erwieħ tal-purgatorju. Il-Karmelitan mhux biss jaf li Marija twieżnu fit-trasformazzjoni tiegħu f’Alla f’din id-dinja u fl-oħra, imma wkoll jgħin lill-oħrajn u jitlob għalihom sabiex iħallu lil Alla jaħdem fihom din it-trasformazzjoni. Tajjeb li niftakru li aħna lkoll responsabbli tal-ħajja spiritwali ta’ xulxin u għandna d-dmir li ġej mill-magħmudija li nwieżnu lil xulxin fil-fidi.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook