Dec 20th
muftieh

© Michelle Morris Denniston

Illum fil-Liturġija għandna kuntrast kbir: in-nuqqas ta’ fidi ta’ Aħaż u l-fidi sħiħa ta’ Marija. Il-Profezija li Isaija jagħti lil Aħaż dwar ix-xebba li tnissel u jkollha iben li jissejjaħ Għimmanu-El, Alla magħna, ġiet fiż-żmien tat-tensjoni politika bejn is-Saltna ta’ Ġuda u dik ta’ Iżrael, jiġifieri bejn is-sultan Aħaż u s-sultan Pekaħ. Dan tal-aħħar sar alleat ta’ Reżin is-sultan tas-Sirja kontra Iżrael. Reżin kien dak li assedja lil Ġerusalemm. Aħaż jintelaq fi qtiegħ ta’ qalb u ma jafdax f’Alla. It-tweġiba tiegħu, “ma rridx nittanta lill-Mulej” mhijiex espressjoni ħierġa minn xi sentiment ta’ devozzjoni u rispett lejn Alla. Hi ħierġa minn qalb xierfa li ma tafdax f’Alla.

Aħaż huwa s-sultan li bil-politika tiegħu biegħed lill-poplu minn Alla u mill-valuri tas-Saltna ta’ Alla. Għalhekk Iżaija jagħtih hu is-sinjal: Ix-xebba tnissel u jkollha iben li jkun Alla magħna. Hu jagħżel it-tajjeb mill-ħażin tkompli l-profezija. Din il-profezija hi waħda ta’ ġudizzju kif ukoll ta’ tama. Dan Alla magħna se jieħu r-riedni f’idejh u se jiżen u jagħżel bejn i-tajjeb u l-ħażin. Lil Aħaż wiżnu u dan instab li hu nieqes… nieqes mill-fidi f’Alla, mimli bis-suppervja u stinat li jagħmel ta’ rasu. Hu fil-fatt ingħaqad mal-Assirja u hawn kienet il-qerda tiegħu. Imma Alla jibqa’ fidil lejn il-poplu tiegħu li jibgħat salvatur u mexxej… hu nnifsu jinżel mis-smewwiet fil-ġuf ta’ Marija Verġni u jieħu s-saltna f’idejh li hi fl-aħħar mill-aħħar tiegħu.

Nistaqsi lili nnifsi kemm qed inħalli lil Kristu jsaltan fija u madwari? L-għeruq tiegħi fejn qegħdin? Huma mniżżlin fi Kristu? Hu jsaltan fi qlub il-bnedmin bl-imħabba. Kemm jiena miftuħ għalih? Marija xtaqet li sseħħ fiha ir-rieda ta’ Alla u laqgħet il-ħajja tiegħu bil-qalb. Kemm jiena miftuħ li nilqa’ l-ħajja ta’ Alla fija, ħajja ta’ salvazzjoni?

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook