L-ewwel Ħadd tar-Randan huwa dejjem iddedikat lill-irtirar ta’ Ġesù fid-deżert. San Mark iżda ma jgħidilniex li l-Ispirtu “ħa” lil Ġesu’ fid-deżert, imma li “ħareġ” lil Ġesu’ fid-deżert. Il-verb “toħroġ” huwa wieħed importanti fil-Kotba Mqaddsa. L-ewwelnett ifakkarna espliċitament f’Alla li “ħareġ” lil Abraham minn Ur tal-Kaldej, lil Israel mill-Eġittu għal erbgħin sena fid-deżert, lil Pietru (u lill-Knisja) mil-Lhud għal għand il-Pagani, kif ukoll mix-xkiel tal-ħabs permezz tal-anġlu. Ifakkarna wkoll f’Elija li “joħroġ u joqgħod fuq il-muntanja” biex hemm fuq il-Ħoreb, fid-deżert, jiltaqa’ ma’ Alla. L-anġli li jaqdu lil Kristu wkoll ifakkruna li Elija, fit-taqbida interjuri fid-deżert wara l-ġlieda mal-profeti ta’ Ġeżabel, ġie moqdi mill-anġlu li kien jinkoraġġih jiekol. Id-deżert huwa l-post tal-formazzjoni tal-karattru, post in-nuqqas ta’ ċertezzi u sigurtajiet, post li fih tiġi wiċċ imb’wiċċ mar-realta’ tiegħek, post li fih tiddependi għal kollox minn Alla u ma hemmx triq oħra li tintelaq f’idejh, għax hemm inti mdawwar mhux biss mill-ostilita’ tal-ambjent imma wkoll mill-annimali selvaġġi.

DezertIl-protagonista ta’ din il-ġrajja hu l-Ispirtu s-Santu li jmexxi lil Ġesu’ li fil-ftuħ tal-Evanġelju, proprju fl-ewwel vers tal-ewwel kapitlu huwa magħruf bħala l-Iben ta’ Alla. San Pawl fl-ittra lir-Rumani jgħidilna li “dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu huma wlied Alla” (Rum 8:14). Ġesu’ joħroġ fid-deżert wara li jitgħammed minn Ġwanni fil-Galilija. Mal-arrest ta’ Ġwanni Ġesu’ jerġa lura lejn il-Galilija, din id-darba qalb is-salvaġiżmu u l-ostilita’, mhux tad-deżert imma tal-qalb iebsa li tieqaf lill-Profeti. Il-Galilija taqa’ taħt Erodi li kien għadu kemm arresta lil Ġwanni. Għax Ġesu’ affronta d-deżert interjuri u l-annimali slavaġ, issa jista’ jaffronta d-deżert tal-qlub tal-bnedmin. Huwa joħroġ il-Galilija u fuq il-passi tal-Battista iniedi l-indiema u l-fidi: “indmu u emmnu”. Il-ministeru tiegħu huwa ħidma ta’ Alla mibnija fuq il-fidi, għax min jemmen jagħmel l-opri ta’ Alla (Ġw 6:28-29) u permezz tal-fidi wieħed jegħleb il-vleġeġ tax-xitan (Ef 6:16). L-ittra lil Lhud twissina li bil-fidi biss aħna nistgħu ngħoġbu lil Alla. Din hi l-istedina ta’ Ġesu’ biex nemmnu, stedina li hi marbuta mal-konverżjoni jew l-indiema, f’kelma waħda li nibdlu l-mentalita’ tagħna fil-mentalita’ tiegħu.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook