Mar 23rd

Hija u toqrob il-Ġimgħa Mqaddsa il-liturġija tal-Knisja ddawrilna ħarsitna b’iktar intensità lejn il-misteru tas-Salib ta’ Ġesù. Nibdew nisimgħu f’dal-jiem ġrajja ta’ bnedmin ġusti fir-Rabta l-Qadima li ġew mixlija bil-qerq u f’dan huma wrew it-tama għamja f’Alla li salvahom. Waħda minn dawn il-ġrajja hija dik ta’ Susanna li tinqara llum fil-quddiesa tat-Tnejn tal-Ħames Ġimgħa tar-Randan. Fil-bidu tal-Knisja din il-ġrajja kienet tinqara fil-Liturġija tal-Ħames Ħadd tar-Randan. Fil-ġrajja ta’ Susanna li isimha jfisser “Ġilju safi” naraw it-tip ta’ Kristu. Hu wkoll “Ġilju safi” li ġie maqbud fi ġnien u akkużat bla ħtija mill-qerq tax-xjuħ tal-poplu. Hi ukoll mit-tribù ta’ Ġuda, li minnu tnissel Kristu (Lhd 7-8; Apok 5:5), u speċifikament mid-nisel ta’ David. Huwa l-Iljun rebbieħ ta’ Ġuda li jirrappreżenta lill-poplu. Fil-ġrajja ta’ Susanna, it-Tribù ta’ Ġuda joħroġ rebbieħ fuq il-kbarat ta’ nisel pagan li jassru lill-poplu ta’ Alla f’Babiljona.

Susanna and the elders -Sebastiano Ricci

Susanna and the elders -Sebastiano Ricci

Susanna hija wkoll meqjusa xbieha tal-Knisja u Ġwakkin żewġha xbieha ta’ Kristu l-Għarus tagħha. Din il-Knisja li f’dinja pagana, mġarrba u ppersegwitata tagħżel li tibqa’ fidila għal żewġha, li hu Kristu. Hi bħal Susanna tinħasel fl-ilma tal-magħmudija, fil-ġnien, li hu l-ġnien tad-difna tal-Mulej Ġesù għax il-magħmudija hija difna ma’ Kristu. Il-ġrajja ta’ Susannah mela għalina l-Insara Kattoliċi (għax il-protestanti ma jaċċettawx din il-ġrajja bħala parti mill-Kotba Mqaddsa) hija xprun biex nieħdu bis-serjetà d-dinjità tagħna ta’ dixxipli ta’ Kristu, membri tal-Għarusa tiegħu il-Knisja, li aħna fid-dmir inżommu bla mittiefsa l-qdusija u s-safa tagħha bi mġebitna skont l-impenn tal-magħmudija li rċevejna. Susanna timpenjana biex ma nitteħdux minn mentalità pagana li nsibu madwarna imma li nibqgħu sħaħ fil-Kelma ta’ Alla.

Aħna u nħejju ruħna għat-Tħabbira tal-Mulej, Susanna nistgħu narawha wkoll xbieha ta’ Marija, Għarusa mistika ta’ Kristu li hija wkoll dak il-ġilju ta’ safa li nibet qalb ix-xewk u li hu marbut b’mod intimu ma’ Kristu l-Iljun ta’ Ġuda, ir-Rebbieħ fuq kull ħażen, jasar, mewt u dnub li jheddidna.

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook