Oct 1st

Ottubru 2016 Ittre

ByCarmelite Priory Mdina | In News

Is-sajf wasal fi tmiemu u bdejna l-istaġun tal-Ħarifa. Dan iġib miegħu il-bidu ta’ sena oħra ta’ attivitajiet spiritwali, formattivi u akkademiċi fil-Karmnu tal-Mdina. Fix-xahar ta’ Ottubru, eżattament nhar l-Erbgħa 12, jibdew mill-ġdid il-laqgħat tat-Terz Ordni Karmelitan, il-Lectio Divina ta’ kull xahar u l-laqgħat tat-Titus Brandsma Circle bl-istudju tal-mistiċi.

picture-prospectus-instituteL-Istitut Karmelitan jiftaħ ukoll is-Sena Akkademika fit-8 ta’ Ottubru bi programm ta’ lezzjonijiet, seminars u konferenzi formattivi ta’ Spiritwalità u Spiritwalità Karmelitana. Din is-sena għandna diversi seminars u taħdidiet li jfakkru xi okkażjonijiet speċjali, bħall-450 sena mit-twelid ta’ Maddalena de’ Pazzi, il-100 sena ta’ Charles de Foucauld u l-kanoniżżazzjoni ta’ Eliżabetta tat-Trinità

Għat-tielet sena konsekuttiva jiftaħ ukoll il-programm tal-Masters (MA) fit-Teoloġija Spiritwali b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Il-kors itul tliet snin, bl-aħħar sena dedikata għall-kitba tat-teżina. Għal min hu nteressat għad baqa’ ftit żmien biex wieħed japplika għal dan il-kors.

Fuq livell ta’ ċelebrazzjonijiet nhar l-1 ta’ Ottubru niċċelebraw il-festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. fil-quddiesa tas-7am bħal kull sena jkollna t-tberik tal-ward.

Matul din is-sena nkomplu l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mal-450 Sena mit twelid ta’ Santa Marija Maddalena de’ Pazzi. Fix-xhur li ġejjin il-Provinċja Karmelitana Maltija se torganizza irtiri għal-Lajċi, Saċerdoti u Reliġjużi. Għal program u nformazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna facebook tal-450 sena. Għandna wkoll diversi gruppi ta’ rtiri ta’ ġurnata u pellegrini fis-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena

Fil-5 ta’ Ottubru se jkollna wkoll it-tnedija mid-Dar tal-Pubblikazzjoni Horizons, tal-poeżiji ta’ P. Charlò Camilleri. Fuq il-paġna facebook issibu l-informazzjoni meħtieġa għal min irid jattendi.

tattwaggi-cover-copy-4

Bi swied ta’ qalb ikollna nistqarru magħkom li għadha tiġri x-xniegħa li l-kunvent tal-Karmnu fl-Imdina huwa magħluq u abbandunat u vojt. Ilkoll tafu li dan mhux minnu għax il-kunvent huwa dar għal komunità reliġjuża u l-post huwa ċentru ta’ attivitajiet u ħafna jsibu fih kenn ta skiet u oasi ta’ spiritwalità… għinuna nxerrdu l-kelma ħa neqirdu x-xnigħat li jagħmlu biss ħsara.

Waqt li nittamaw li narawkom, nixtiqulkom il-kumplament tal-istaġun it-tajjeb.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook