Mikiel Anton Vassalli, magħruf bħala “Missier l-ilsien Malti” ippublika fl-1796 il-Lexicon Melitensis, li jiġbor fih madwar 18,000 kelma. Huwa fehem li l-Ilsien Malti kien strument b’saħħtu li jgħaqqad u jqajjem lill-poplu fuq saqajh. In-Nihilobstat għall-pubblikazzjoni tal-Lexicon ingħatatlu mill-Karmelitan P. Giuseppe Pisani. Fl-arkivju tal-Kunvent fl-Imdina insibu eżemplari tal-Lexicon li ġiet restawrata bl-għajnuna tal-Arkivji Nazzjonali.
Nhar is-16 ta’ Novembru fis-7pm inniedu dan ir-restawr b’lejla letterarja fil-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina li fiha jkun hemm fost l-oħrajn taħdita minn Dr Olvin Vella u preżentazzjoni dwar il-proċess tar-restawr.
Go Ahead, Leave A Comment