Filwaqt li nwasslulkom ix-xewqat tajba għall-Milied u s-Sena l-Ġdida, qed nibgħatulkom il-programm taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied għal din is-Sena. Inħeġġukom tieħdu sehem magħna fil-Liturġija sabiħa tal-Milied u nfittxu li ngħixu tassew dan iż-żmien fis-sens veru tiegħu. L-ewwelnett inġeddu l-laqgħa tagħna ma’ Ġesù Kristu u fl-istess ħin nilqgħuh ukoll f’ħutna li llum huma l-ġisem tiegħu vulnerabbli u mwarrab.
PDF version of the programme can be downloaded here
Wieħed mill-attrazzjonijiet fil-knisja tal-Karmnu fl-Imdina, kien il-‐presepju li jmur lura għall-aħħar tas-seklu dsatax, bidu tas-seklu għoxrin. Ix-xjuħ tal-Imdina jgħidu li dejjem jiftakruh fil-knisja, fil-kmajra t-tonda, in-naħa tax-xellug eżatt kif tidħol fil-knisja. Ghal dan iz-zmien tal-Milied il-presepju qieghed ezebit fil-knisja. Ghal aktar informazzjoni dwar dan il-presepju aghfas hawn.