Alla jwiegħed is-salvazzjoni li teħles lill-umli u tikkundanna lil min hu supperv, li min jagħmel inassas biex jagħmel dak li hu ħażin. Fil-mixja tagħna wara Kristu aħna ngħarfu li din il-wegħda ta’ Alla qegħdha bil-mod il-mod isseħħ ġewwa fina, gradwalment sakemm Alla jagħtina l-fejqan sħiħ… is-sħuħija tal-qalb.
Għalhekk Ġesu fil-vanġelu ta’ llum narawh ifejjaq żewġ għomja li bdew jgħajjtulu: Ġesu bin David, ikollok ħniena minna. Din it-talba, supplika għall-ħniena hija t-talba li ħutna nsara tal-Lvant jirrepetu kuljum u spiss għax hi t-talba li tat id-dawl lill-għomja, il-fejqan ġewwieni lill-midinbin. Nagħmlu tagħna din it-talba li tgħallimna l-bżonn ta’ Alla f’ħajjitna.
Go Ahead, Leave A Comment