Il-Knisja llum issejjah lil Kristu bhala c-cavetta jew il-muftieh tad-dar ta’ David li jiftah il-bibien tas-Saltna ta’ Alla biex jehles lill-imjassrin mid-dlam u mill-habs tad-dnub u l-mewt. Huwa dan il-Muftieh li jiftah il-bibien tas-Salvazzjoni bit-Tnissil tieghu f’ Marija Vergni li ahna nsejhulha Bieb tas-Sema u Dar ta’ Alla.
L-Anglu jidher lil Marija u jwasslilha l-ahbar li dan il-muftieh tad-dar ta’ David missieru se jsalva l-poplu tieghu. Ihabbar ukoll lil Marija li qaribitha l-hawlija, Elizabetta, hi wkoll nisslet fil-guf, hi wkoll mimlija bil-hajja ta’ Alla ghax ghal Alla xejn ma hu mpossibli, lanqas il-mewt u n-nixfa. Jiddependi minn Marija tuzax dan il-muftieh biex nghaidu hekk, jiddependi minna lkoll nuzawx dan il-muftieh li huwa Kristu fejn insibu l-bibien maghluqa ta’ qlub iebsa, tad-dnub, ta sitwazzjonijiet ta’ mwiet u problemi. Marija dan il-muftieh uzatu ghas-salvazzjoni taghha u taghna lkoll.
Ejjew fit-tigrib, fil-qtiegh ta’ qalb u f’kull bieb maghluq li nsibu f’hajjitna, nuzaw il-Muftieh li hu Kristu biex nifthu t-triq tas-salvazzjoni.
Go Ahead, Leave A Comment