Is-salvazzjoni li tiġi minn Alla ma tiġix mix-xejn u fix-xejn.
Hija salvazzjoni konkreta li tieħu forma fid-dinja tagħna u fil-ħajja tagħna. Fl-evanġelu s-salvazzjoni li Ġesu jagħti u li ġejja minnu hija l-qsim tal-ħajja tiegħu mad-dixxipli. Huwa jibgħat lit-12 biex ikomplu dak li beda hu. Mela s-salvazzjoni tieħu forma fil-komnkret. Fl-evanġelu ta’ llum dan il-mod konkret huwa t-tisħib tal-appostli fil-ħajja u l-missjoni ta’ Ġesu. Huwa jibgħathom ikomplu dak li hu beda. Din it-tkomplija tal-ħajja u l-aġir ta’ Ġesu tibqa’ fiż-żmien fil-Knisja li hija t-tkomplija tal-ħajja ta’ Ġesu fuq din l-art, fiż-żmien sakemm hu jerġa jiġi.
Kemm qegħdin nieħdu sehem aħna fil-konkret tal-ħajja tagħna f’din il-missjoni ta’ Ġesu?
Go Ahead, Leave A Comment