Is-Solennita tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija tiġi fl-Avvent għal raġuni partikolari. Aħna nitkellmu ħafna dwar li l-Avvent huwa żmien ta’ tħejjija sabiex niltaqgħu mal-Mulej li ġej iżurna. Tajjeb niftakru li mhux aħna biss inħejju ruħna sabiex nilqgħu lil Mulej li ġej, imma huwa Alla li jħejjina sabiex inkunu nistgħu nilqgħu din il-miġja tieħu fostna.
F’Marija jiltaqgħu dawn iż-żewġ tħejjijiet: it-tħejjija ta’ Alla u t-tħejjija tal-bniedem. It-tnejn jimxu id f’id, it-tnejn nistgħu ngħidu li huma faċċati tal-istess realta. Alla ħejja lil Marija biex tkun tista tilqa’ lil Ibnu. Marija kienet dejjem iffukata fuq Alla, hekk li hi stħaqqilha tilqa’ lil Alla fiha. Għaldaqstant Marija hija hienja, hienja għax emmnet fil-pjan li Alla għandu għaliha u għall-ġens kollu tal-bnedmin: il-predestinazzjoni għall-qdusija. Alla ddestinana li nkunu qaddisa u bla tebgħa quddiem fl-imħabba.
Go Ahead, Leave A Comment