Kristu huwa s-sultan tal-gnus u l-gebla tax-xewka tal-Knisja.
Huwa dak li ffurmana mit-trab tal-Art. B’dan il-kliem illum il-Knisja ssellem lil Kristu Gesù biex tfisser id-dipendenza taghha u taghna minnu. Minghajru ma ahna xejn. Minghajru xejn ma jezisti ghax hu ir-raguni u s-sens ta’ dak kollu li jezisti jidher u ma jidhirx. Huwa hu li jiffurmana u jaghtina identità.
Marija fl-innu ta’ tifhir taghha kif iroddulna San Luqa fl-Evangelju ta llum tfahhar il-kobor ta’ Alla u tghanni d-dipendenza taghha u tal- poplu taghha minnu. Ghalhekk lil Gesu ahna nsejhulu il-Verb, il-logos. Ghax huwa dak is-sens mohbi wara dak kollu li jezisti. U dan is-sens, din ir-raguni ghandha wicc uman: L-Iben ta’ Alla maghmul bniedem fil-persuna ta’ Kristu Gesù.
Il-griegi u l-filosfi klassici kienu jfittxu din ir-raguni, dan is-sens. Imma dan intwera lilna, inkixef quddiemna fil-persuna ta’ Gesù, dak li ahna rajna b’ghajnejna, li missew idejna, li smajnih b’widnejna. Ejjew nghixu bis-sens il-hajja taghna. Nibnuha fuq Kristu u naqrawha u nifhmuha dejjem fid-dawl ta’ Kristu.
Go Ahead, Leave A Comment