L-istennija hija frott it-tama. Iżaija llum jistedinna nittamaw fil-Mulej, nafdaw fih aħna li aħna l-fqar tiegħu għax mingħajru ngħarfu li ma’ aħna xejn. Inħossuna neqsin. Ġesu jkellimna fuq it-talb proprju fuq dan il-livell bħala telqa fir-rieda ta’ Alla: beneplacitum, dak li hu sewwa u li jogħġob.
Ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla tinbena proprju fuq kemm aħna nħalluh jibdilna, jittrasformana lejn dak li hu sewwa u li jogħġob, hekk biss inkunu sodi u ta’ sinsla fil-mixja tagħna ma’ Kristu… mixja ta’ fidi… ta’ telqa f’idejh. Iblah dak li jaħseb li mingħajr din it-telqa f’idejn Alla se jibni xi ħaġa b’ħajtu. Huwa minnu li din it-telqa hija l-itqal eżerċizzju tal-fidi li nistgħu qatt nagħmlu. Madanakollu hija hi t-triq waħdanija li twassalna biex nikbru u nimmaturaw fil-fidi.
Go Ahead, Leave A Comment