316340_409309465834253_765194320_nL-Antifona tal-ferji l-kbar illum issejjah lil Kristu bhala l-gherq ta’ Gesse li joghla il fuq bhala sinjal ghall-popli kollha. Dan l-gherq huwa l-gherq ta’ kollox. Minnu tigi s-salvazzjoni. L-gherq huwa xi haga hajja li minnu tinbet il-hajja l-gdida. Il-frott tieghu huwa s-salvazzjoni ta’ Alla ghalina.

Fl-Evangelju tal-jum, il-Knisja taghtina r-rakkont tat-tnissil ta’ Gwanni l-Battista minn Zakkarija u Elisabetta koppja hawlija. Bil-kelma ta’ Alla l-isterilità tinbidel f’hajja gdida u Gwanni l-Battista huwa dak li jipponta lejn Kristu li hu l-hajja taghna, huwa l-gherq li fih bih u mieghu ahna nezistu. Gwanni jitnissel minhabba Kristu u allura Kristu huwa l-gherq tal-hajja u l-ezistenza tieghu.

San Gwann jghidilna fl-Evangelju: kollox sar bih u minghajru ma sar xejn minn dak kollu li sar. Kollox bih u ghalih kien mahluq jghallimna San Pawl. Hu qabel kollox u kollox bih qieghed izomm. Kemm nirriflettu li l-hajja taghna hija mibnija fuq dan l-gherq li qatt ma jinxef qatt ma hu hawli izda ghammiel. Kemm hu sabih li nkunu nafu li l-gheruq ta’ hajjitna huma fih, u fih u bih, f’Alla ghax hu jinsab fi hdan Alla sa minn dejjem ta’ dejjem.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook