GabrielFil-kalendarju liturġiku Karmelitan illum niċċelebraw il-Festa tal-Arkanġlu Gabrijel. Din il-Festa li daħlet fil-Kalendarju Ruman fl-1921, bir-Riforma konċiljari ġiet trasferita għal nhar San Mikiel, fid-29 ta’ Settembru sabiex l-Arkanġli Mikiel, Rafel u Gabrijel jiġu ċċelebrati flimkien. Fil-Karmnu tal-Mdina niċċelebraw xorta lil San Gabrijel fil-jum proprju tiegħu, lejliet it-Tħabbira tal-Mulej fil-25 ta’ Marzu. Gabrijel huwa wieħed mill-Arkanġli li jinsabu quddiem it-Tron ta’ Alla isebbħuh u jfaħħruh waqt li jinterċedu għalina l-poplu ta’ Alla. “Huwa jara dejjem il-Wiċċ ta’ Alla” (Lq 1:19). Kull wieħed minn dawn l-Arkanġli juri xi attribut ta’ Alla. Gabrijel juri l-qawwa ħanina ta’ Alla. Ismu jfisser “Il-Qawwa tiegħi hu l-Mulej”, u huwa l-messaġġier ta’ Alla li jħabbar bxara tajba ta’ ħelsien. Fl-Iskrittura Mqaddsa insibu 4 dehriet ta’ dan l-Arkanġlu: darbtejn lill-Profeta Danjel fil-kapitli 8 u 9, lil Zakkarija u lil Marija. Karatteristika partikulari ta’ dan l-Arkanġlu hija dik li jfihem il-Kelma ta’ Alla lil min jintbagħat biex iħabbarhielu. Hekk jgħid Alla lil Gabriel qabel id-dehra lil Danjel: “Gabrijel, fisser id-dehra lil dan ir-raġel ħalli jifhem” (Dan 8:16). L-istess jagħmel Gabrijel ma’ Zakkarija u ma’ Marija: ifehmhom il-pjan ta’ Alla marbut mal-Kelma li hu xandar. Lil Danjel iħabbarlu li żmien il-jasar tal-poplu taħt Antijoku Epifani wasal fi tmiemu, lil Marija jħabbrilha li “dak li se jitwieled minnek… isalva l-poplu tiegħu minn dnubietu”. It-tradizzjoni tal-Knisja għarfet lil Gabrijel bħala l-anġlu li wennes u qawwa lil Ġesu fl-agunija fil-ġnien taż-żebbuġ.

Nitolbu mela lil Alla l-grazzja llum li nilqgħu il-Kelma ta’ Alla li tixxandar lilna mill-messaġġiera ta’ Alla, niftħu qalbna biex nifhmuha u nħalluha tqawwina fil-qadi tagħna ta’ Alla u tal-proxxmu tagħna. Nitolbu l-interċessjoni u l-għajnuna ta’ dan l-Arkanġlu Gabrijel, li huwa l-Anġlu tal-qawwa u ħabib tal-ġens tal-bnedmin.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook