Waħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READINGIl-qima lejn San Ġużepp, fil-Karmelu tidher mhux biss fil-kult liturġiku imma wkoll f’xi devozzjonijiet partikulari marbutin ma’ dan il-qaddis u li se nsemmuhom hawnhekk. A. F’kull kunvent Karmelitan, ġeneralment, malli tidħol, għandek issib ħdejn il-bieb xbieha ta’ San Ġużepp iħares id-dar u l-familja reliġjuża ta’ Marija. B. Ir-Ritwal Karmelitan imbagħad kien fih ir-rit tat-tberik tal-kuruna […]
CONTINUE READINGIl-liturġija u d-devozzjoni popolari tiddedika x-xahar ta’ Novembru għat-tifkira tal-għeżież mejtin tagħna. Novembru jiftaħ bil-festa tal-Qaddisin Kollha u bl-Għid tal-Imwiet u jagħlaq bil-festa ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu li għad jiġi fl-aħħar taż-żmien Imħallef tal-ħajjin u tal-mejtin. Aħna nemmnu li wara l-mewt tagħna ngħaddu mill-ġudizzju dwar ħajjitna fuq din l-art. Ġesù jgħallimna li se nkunu […]
CONTINUE READINGOne of the great admirers of Therese was Pope Piux X, the pope of simplicity, who kicked off her process of beatification and canonization. Some of his statements on Thérèse have become famous. To a priest who protested that in Thérèse there was nothing extraordinary to recognise her as saint he answered bluntly: “What is […]
CONTINUE READINGIl-Karmelu minn dejjem kien meqjus skola ta’ talb! Dan jgħarfuh mhux biss ir-Regula, l-Kostituzzjonijiet u d-Dokumenti tal-Ordni, imma wkoll il-kontribut u r-rwol fil-Knisja tal-Qaddisin Karmelitani li dejjem spikkaw bħala Għalliema tal-Ħajja Ġewwinija: il-Ħajja tat-Talb. Il-Papiet, ukoll dawk reċenti, jgħarfu lill-Karmelitani tassew, bħala esperti tal-ħajja tat-talb, tat-taħdita ma’ taqta xejn ma’ Alla. Wieħed mill-mezzi biex wieħed […]
CONTINUE READINGL-Ilma ta’ San Albert ta’ Trapani Fil-Karmnu tal-Mdina fid-depożitu tar-Relikwi tal-Qaddisin, tinsab relikwa interessanti għall-forma u għall-użu partikolari tagħha. Hija relikwa ċkejkna fl-għamla tagħha, forma ta’ id u fit-tarf imqabbda ma’ Katina eleganti tal-fidda. Fin-nofs in-naħa ta’ quddiem fiha frammenti ta’ reliwki ssiġillati u miksija bi ħġieġa u fuq in-naħa ta’ wara nsibu kitba mnqaxxa […]
CONTINUE READINGMeta wieħed jidħol fi Knisja Karmelitana fi żmien il-festa jsib armati fuq l-altar par “oġġetti” strambi qishom imriewaħ kbar, tar-rix tal-pagun (ta’ veru jew mistħajjel) jew tal-ostrich. Qed nirreferi hawnhekk ghall-“Flabelli”, kelma Latina li tfisser fil-fatt “Imriewaħ”. Dawn l-Imriewaħ li jintużaw fil-Liturgija Karmelitana nsibuhom ukoll fir-Rit Dumnikan u l-għeruq tagħhom insibuh fil-liturġija tal-Lvant li mill-Art […]
CONTINUE READINGWaħda mil-leġgendi jew fjuretti Karmelitani taż-żminijiet tan-Nofs tgħid li l-Familja Mqaddsa ta’ ġesù, Marija u ġużeppi, kienet titla’ fuq l-Għolja tal-Karmelu, mir-raħal viċin ta’ Nażaret, biex jiltaqgħu ma’ l-eremiti, ulied il-Profeta Elija, li kienu jgħixu “qrib l-għajn tal-Profeta”. Din il-leġġenda ħelwa trid turi l-verità profonda tar-rabta spiritwali tal-Karmelitani mal-Familja Mqaddsa. Fil-fatt fil-Karmelu insibu mħabba speċjali […]
CONTINUE READINGFrom the Priory’s archives we learn that in 1669 masons were constructing the Church’s bell tower. It seems that from the start the bell tower suffered damages, since records show that in 1683 masons were paid for bringing new stone blocks for the bell tower. The bell tower suffered slight damages from the 1693 earthquake […]
CONTINUE READINGFir-Ritwal Karmelitan insibu diversi barkiet marbuta mal-festi tal-Milied. Fosthom insibu t-tberik tal-inbid, simbolu tal-ferh spiritwali tal-kontemplazzjoni, ghall-festa ta’ San Gwann l-Evangelista li l-festa tieghu tigi fl-Ottava tal-Milied u t-tberik tad-deheb, l-incens u l-mirra, kif ukoll il-gibs ghall-festa tal-Epifanija. Fil-Karmnu tal-Imdina inbierku l-mirra fil-festa tal-Epifanija. Il-barka fuq il-mirra li fil-qedem kienet tintuza bhala duwa w ungwent […]
CONTINUE READING