QARI TAL-JUM Iż 55, 10-11 Salm 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19 Mt 4, 4b Mt 6, 7-15 OMELIJA Fil-kulturi u r-reliġjonijiet pagani li bihom kien imdawwar il-poplu ta’ Alla kien hemm il-konvinzjoni li l-allat huma ta’ min jibża’ minnhom għax dawn ma tafx x’jgħaddilhom minn moħħhom, ma għandek l-ebda garanzija li kif tersaq lejhom fit-tempju jew fit-“talb” […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Lev 19, 1-2.11-18 Salm 18 (19), 8.9.10.15 Mt 25, 31-46 OMELIJA Kull sena l-Vatikan jippublika r-riżultati tal-istatistika dwar il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja. L-istatistika CENSUR turi li bejn l-2005 u l-2016 mietu ’il fuq minn 900,000 Nisrani minħabba l-fidi tagħhom. Din iċ-ċifra tinkludi (u mhux biss) Insara maqtulin in odium fidei f’persekuzzjonijiet tribali fl-Afrika, […]
CONTINUE READINGL-Ewwel Ħadd tar-Randan QARI TAL-JUM Ġen 2, 7-9; 3, 1-7 Salm 50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17 Rum 5, 12-19 Mt 4,1-11 OMELIJA Il-Kelma ta’ Alla f’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan tqiegħed quddiemna għar-riflessjoni tagħna l-misteru tal-ubbidjenza u d-diżubbidjenza lejn Alla. Fl-Iskrittura, kemm fir-Rabta l-Qadima kif ukoll fil-Ġdida l-ubbidjenza lejn Alla mhijiex sempliċiment eżekuzzjoni ta’ ordni […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 58:9-14 Salm 85 (86): 1-6 Eżek 33:11 Lq 5:27-32 OMELIJA “Ġesù lemaħ” jgħidilna San Luqa fl-Evanġelju ta’ llum. Il-verb li użat fl-oriġinal Grieg huwa θεάομαι (theáomai), fil-forma li tindika azzjoni imtawwla mhux tal-mument. Għaldaqstant din il-lemħa ta’ Ġesù hija waħda ta’ attenzjoni. Levi bilqegħda fuq il-mejda tat-taxxi ġibed l-attenzjoni ta’ Ġesù, ġibed […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Iż 58:1-9 Salm 50: 3-19 Għam 5:14 Mt 9:14-15 OMELIJA Kemm il-darba nisimgħu jew ngħidu l-espressjoni: “Alla ma jismagħnix”, “Alla nsieni”. Ġeneralement ikunu espressjonijiet li joħorġu jew minn qalb muġugħa li tħossha abbandunata saħansitra minn Alla, jonkella minn qalb li tħoss li hemm x’jimblokka r- relazzjoni ma’ Alla. Bħal ħajt twil għoli li […]
CONTINUE READINGQARI TAL-JUM Dewt 30:15-20 Salm 1:1-6 Lq 9:22-25 OMELIJA Ġesù kien qed isir popolari. In-nies minn kullimkien kienu qegħdin jiġru warajh, ifittxuh, jisimgħuh għax fih sabu Mgħallem li ma kienx bħall-oħrajn. Kellu seħer li jiġbdek lejh. Il-folol kienu qegħdin jittamaw fih li “hu kellu jkun dak li jeħles lil Iżrael”. Il-poplu fehem li Ġesù kien […]
CONTINUE READINGFil-bidu ta’ dan ir-Randan ejjew ninsew dak li diġà nafu dwar dan iż-żmien. Ejja ninsew li rridu nsumu, li rridu nitolbu, li rridu nagħtu karità. U dan mhux biex ma nagħmlux karità, ma nsumux u ma nitolbux, imma biex ikollna ħarsa friska lejn il-qalba ta’ dan iż-żmien sabiħ li sfortunatament faċli jaħarbilna minn taħt għajnejna. […]
CONTINUE READINGQari Tal-Jum Ġoel 2: 12-18 Salm 50 (51) 2Kor 5:20-6:2 Mt 6:1-6. 16-18 Omelija Dan il-kliem ta’ San Pawl fit-tieni qari tal-quddiesa ta’ llum idaħħalna mill-ewwel fil-qalba ta’ dan iż-żmien tar-Randan. Il-qari kollu tal-Liturġija ta’ llum jistedinna nieħdu bis-serjetà din il-mixja u dan iż-żmien biex ma nitilfuhx, biex iħalli effett ġewwieni fina. Ġesù fl-Evanġelju jistedinna […]
CONTINUE READINGIl-Ktieb tal-Għerf jiddistingwi l-ħajja tal-għorrief minn dawk tal-boloh: Ma jitkellimx mill-għerf bħala xi ħaġa tal-moħħ, imma bħala kwalità tal-ħajja sħiħa, ħajja mgħejxa bil-għaqal u l-qdusija. Bl-istess mod, dawk li m’għandhomx għerf huma magħluqa fl-injoranza, mhux tal-moħħ, imma tar-rieda ħażina tagħhom. L-injurant fil-Bibbja mhuwiex dak li ma jafx jaqra jew jikteb, imma dak li jeħodha kontra […]
CONTINUE READINGIs-silta mid-diskors ta’ Ġesù (fi Ġw 5) li nisimgħu llum jeħodna lura għall-kuntest tal-Qrati. Meta akkużat jittella’ l-qorti għax ikun mixli b’xi ħaġa kontra tiegħu, dak li l-iżjed jgħodd u li l-ġuri l-aktar li joqogħdu fuqu, m’huwiex fil-fatt dak li l-akkużat għandu xi jgħid fuqu nnifsu imma preċiżament ix-xhieda. Il-kelma tagħhom tgħodd tant li tista’ […]
CONTINUE READING