Hija r-relazzjoni ta’ Ġesù mal-Missier li tagħti sens lil dak kollu li huwa jgħid u jagħmel. F’dan id-diskors (Ġw 5), Ġesù ma jistax ikun iktar ċar, “tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha” (v. 19). Huwa dipendenti kompletament mill-Missier, u waħdu ma jista’ jagħmel xejn. […]
CONTINUE READINGXi wħud mir-rabbini ta’ żmien Ġesù kienu jżommu li wieħed għandu jaħfer biss sa tliet darbiet, inkella l-indiema ma tkun vera. Ġesù kien ta’ fehma oħra, wieħed għandu jaħfer bla qjies (ara Ġen 4:24) għaliex bla qjies hija l-ħniena tal-Missier. Biex juri dan, Ġesù imbagħad jispjega lilu nnifsu permezz tal-parabbola. X’qed turina din il-parabbola? i. […]
CONTINUE READINGIn-nies ta’ Nazaret, li tant kienu familjari ma’ Ġesù u l-familja tiegħu, stagħġbu … mhux għax emmnu fih u f’dak li kellu xi jgħid imma għax għalihom Ġesù kien sempliċiment “bin il-mastrudaxxa.” Madanakollu Ġesù stenniha reazzjoni bħal din għaliex tassew li “ebda profeta ma milqugħ tajjeb f’pajjiżu.” Iġib l-eżempju ta’ żewġ profeti mill-Antik Testment li […]
CONTINUE READINGKemm hi sabiħa din l-istqarrija ħierġa mill-fomm ta’ Alla: “minn qalbi nħobbkom” (ara Os 14:2-10). Din l-istqarrija nsibuha fl-ewwel qari ta’ llum li huwa meħud minn silta li fiha Alla bil-kelma t-tajba jipprova jikkonvinċi lil Israel terġa’ lura lejh. Huwa jitkarrbilha, bħalma raġel jitkarrab lil martu li telqet minnu: “ejja lura lejja, għax inti waqajt […]
CONTINUE READINGIlkoll nafu xi tkun qalb iebsa. Forsi xi darba qalbna bbieset quddiem sitwazzjoni jew persuni, jonkella qalb oħrajn ibbieset fil-konfront tagħna. Qalb iebsa tieqaf tħoss. Hi sintomu ta’ għeluq fina nfusna u wkoll mod ta’ kif niddefendu lilna nfusna biex ma nweġġgħux. llum il-Kelma ta’ Alla tkellimna fuq il-qalb iebsa tal-bniedem fil-konfront ta’ Alla. Quddiem […]
CONTINUE READINGDak Alla li kixef lilu nnifsu quddiemna fil-Ġrajja tas-Salvazzjoni uriena li hu qribna, tant qribna, li l-kxif tiegħu (li fit-teoloġija nsejħulu Rivelazzjoni) wasal fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu, Ibnu li sar bniedem bħalna. Il-Kelma ta’ Alla llum turina mod ieħor li bih Alla huwa qribna. Fl-ewwel qari mid-Dewteronomju, Alla huwa qrib, permezz tal-Kelma tiegħu, jonkella l-Liġi […]
CONTINUE READINGJekk ikollna niġġudikaw il-missjoni ta’ Ġesù, bla dubju ngħidu li mmarkata minn falliment. Bdiet b’falliment u spiċċat b’falliment. Bdiet bit-twarrib ta’ Ġesù fis-sinagoga fl-ewwel “prietka” tiegħu u spiċċat b’falliment fuq is-salib. Taħt dan il-falliment iżda hemm Alla li jaħdem. Kemm fil-bidu, matul u fit-tmiem tal-ġrajja ta’ Ġesù, taħt il-falliment Alla jiġbed lejh il-fqajrin li jismigħu […]
CONTINUE READINGEżerċizzi minn P. Albert Brincat, Karmelitan. Missjunarju tista’ tgħid għal ħajtu kollha l-ewwel f’Medellin il-Colombia fejn għex mal-komunità Karmelitana litteralment qalb il-foqra f’esperjenza mal-“komunitajiet tal-bażi” ispirati mit-Teoloġija tal-Liberazzjoni, imbagħad fil-Missjoni Karmelitana Maltija il-Bolivja. F’dawn l-eżerċizzji bit-tema “Ħniena rrid mhux Sagrifiċċju”, P. Albert Brincat jeħodna fl-esperjenza ħajja tal-Evanġelju kif għexha hu u rċeviha fl-għixien mal-foqra. Huwa […]
CONTINUE READINGJekk Ġesù rrivelalna lil Alla bħala Missier, daqstant ieħor irrivelalna b’mod qawwi li r-relazzjoni tagħna miegħu hija waħda ta ulied. Fit-talba tal-Missierna li tikkaratterizza t-talb nisrani, huwa għallimna nsejħu lil Alla b’Missier, imma wkoll impenjana ngħixu ta’ wliedu tassew. Is-sinjal il-kbir li Alla huwa Missier u aħna wliedu jidher l-aktar fil-maħfra li Alla jagħtina dejjem […]
CONTINUE READINGIlkoll nafuha l-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu. Hija waħda mill-ġrajjiet fil-Kotba Mqaddsa li tixhed għall-misteru tat-tbatija tal-innoċenti u tal-ġusti. Ġużeppi huwa fil-fatt fit-tradizzjoni nisranija it-tip ta’ Ġesù Kristu, l-innoċenti per eċċellenza li ġie persegwitat u maqtul. Hu l-Għażiż ta’ Alla li ttieħed f’idejn il-ħżiena. Waħda mill-isbaħ omeliji li tagħmel xebħ bejn Ġużeppi u Ġesù […]
CONTINUE READING