L-ewwel Ħadd tar-Randan huwa dejjem iddedikat lill-irtirar ta’ Ġesù fid-deżert. San Mark iżda ma jgħidilniex li l-Ispirtu “ħa” lil Ġesu’ fid-deżert, imma li “ħareġ” lil Ġesu’ fid-deżert. Il-verb “toħroġ” huwa wieħed importanti fil-Kotba Mqaddsa. L-ewwelnett ifakkarna espliċitament f’Alla li “ħareġ” lil Abraham minn Ur tal-Kaldej, lil Israel mill-Eġittu għal erbgħin sena fid-deżert, lil Pietru (u […]
CONTINUE READINGL-Evanġelju ta’ llum (Lq 5:27-32) jiftaħ b’żewġ verbi li jiddeskrivu żewġ azzjonijiet ta’ Ġesù: “ħareġ” u “ra”. Dawn iż-żewġ azzjonijiet jfakkruna fil-ġrajja ta’ Mose quddiem l-għollieq jaqbad. Alla jgħidlu “ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu… issa nżilt biex neħlishom” (Eż 3:7-8). Dawn l-azzjonijiet jindikaw ċaqlieq min-naħa ta’ Alla lejn il-bniedem. Alla jitqanqal u jiċċaqlaq […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija tal-Kelma għall-quddiesa ta’ llum tidher ħafna drabi il-kelma “sawm”. Nistgħu ngħidu li fil-fatt il-Knisja llum fl-għażla tal-qari tixtieq iddawwalna fuq is-sawm bħala aspett mhux biss tar-Randan imma tal-għixien tal-ħajja nisranija. L-ewwel qari meħud mill-kapitlu 58 tal-Profeta Iżaija versi 1 sa 9, jibda’ bix-xewqa tal-poplu għal Alla: “minn jum għal ieħor ifittxuni u jixtiequ jkunu […]
CONTINUE READINGSaret komuni fostna d-drawwa li ċerti kumpaniji jikkuntattjaw lill-klijenti u jippruvaw ibegħulhom xi prodott jew offerta sabiex wieħed jaċċetta u jidħol fi ftehim li jorbtok għal numru ta’ snin. Il-leħen fuq il-linja tat-telefon jipprova jpinġihielek attraenti kemm jista’ jkun u ġeneralment jgħidlek nofs verità jew ma jgħidlekx biċ-ċar l-obbligi u l-konsegwenzi li mbagħad issibhom meta […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien intensiv fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesu’ bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READINGThe Birth of Jesus In those days Caesar Augustus issued a decree that a census should be taken of the entire Roman world. (This was the first census that took place while[a] Quirinius was governor of Syria.) And everyone went to their own town to register. So Joseph also went up from the town of […]
CONTINUE READING23 ta’ Diċembru 2014 L-Ikona ta’ San Ġwann il-Battista (Mal 3:1-4.23-24; S 24; Lq 1:57-66) L-ikona li tidher hawn fil-ġenb turi lil San Ġwann il-Battista. Fl-Orjent Nisrani il-Battista mhux biss huwa msejjaħ “il-Predeċessur tal-Mulej” iżda wkoll “l-Anġlu tad-Deżert”. Dawn iż-żewġ modi ta’ kif aħna l-Insara nirreferu għall-Battista jirrispondu l-mistoqsija tal-qraba u l-ġirien fl-Evanġelju tal-lum: “Mela […]
CONTINUE READING22 ta’ Diċembru 2014 Il-Ferħ Nisrani (1 Sam 1:24-28; 1 Sam 2:1.4-8; Lq 1:46-56) Fil-liturġija tal-lum, il-ġemgħa tesklama flimkien fis-salm: “Tifraħ qalbi fil-Mulej, is-Salvatur tiegħi.” Il-ferħ nisrani huwa wieħed mimli fidi, tama, u mħabba: fidi f’dak li Ġesù ġie jġib fostna l-bnedmin, is-salvazzjoni minn dnubietna; tama fiH li għadu magħna sal-lum permezz tal-Ispirtu l-Qaddis tiegħu; […]
CONTINUE READINGSan Pawl illum ikellimna dwar il-misteru li kien moħbi minn dejjem u li ġie mgħarraf lilna fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu. Matul il-ġrajja tas-salvazzjoni l-profeti ħabbru dan il-misteru ta’ Alla li jikxef lilu nnifsu quddiem il-bniedem jew aħjar li juri li hu mal-bniedem, mhux ’il barra minnu. Fit-Tħabbira tal-Mulej, dan jintwera b’mod ċar għax il-Kelma ta’ […]
CONTINUE READINGIllum fil-Liturġija għandna kuntrast kbir: in-nuqqas ta’ fidi ta’ Aħaż u l-fidi sħiħa ta’ Marija. Il-Profezija li Isaija jagħti lil Aħaż dwar ix-xebba li tnissel u jkollha iben li jissejjaħ Għimmanu-El, Alla magħna, ġiet fiż-żmien tat-tensjoni politika bejn is-Saltna ta’ Ġuda u dik ta’ Iżrael, jiġifieri bejn is-sultan Aħaż u s-sultan Pekaħ. Dan tal-aħħar sar […]
CONTINUE READING