Il-Liturġija ta’ llum tirrakkuntalna l-ġrajja tat-tnissil u t-twelid ta’ Sansun, wieħed mill-Imħallfin li ħadem għall-ħelsien tal-poplu ta’ Alla mill-jasar u twasslilna wkoll il-ġrajja tat-tnissil ta’ Ġwanni l-Battista, li hu wkoll ħabbar il-ħelsien tal-poplu ta’ Alla bil-miġja tal-Messija. L-ismijiet tal-persuni nvoluti f’dawn il-ġrajja huma Sansun, Elkana, Anna, Żakkarija, Eliżabetta u Ġwanni. L-ismijiet fihom infushom jagħtuna l-messaġġ […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija llum insibu titli mportanti bħal Sid, Mulej, Sultan, li jingħataw lil Alla. Dawn it-titli nsibuhom fil-qari kollu tal-quddiesa kif ukoll fl-Antifona tal-Kantiku ta’ Marija li ssejjaħ lil Ġesù, Adonaj (Sid/Mulej). Dan it-titlu huwa wieħed mill-ismijiet li jingħata lil Alla fil-Ġudaiżmu biex ma jissemmiex l-Isem Qaddis ta’ Alla, rivelat lil Mosé fuq is-Sinaj, u li […]
CONTINUE READINGMil-lum il-Liturġija tal-Knisja tgħajjat lil Kristu b’ħerqa kbira biex ifittex jiġi. Il-Knisja tgħajjatlu permezz tas-7 Antifoni l-Kbar tal-Avvent li fihom Sidna Ġesù Kristu huwa msejjaħ 1. Sapientia – Għerf (17 ta’ Diċembru) 2. Adonaj – Sid (18 ta’ Diċembru) 3. Radix – Għerq (19 ta’ Diċembru) 4. Clavis – Muftieħ (20 ta’ Diċembru) 5. Oriens […]
CONTINUE READINGF’dan iż-żmien nisimgħu ħafna dwar it-tama ta’ stennija għal miġja ta’ Kristu il-Messija li jqiegħed kollox f’postu. Il-Profeta Sofonija llum jagħtina kriterju li bih nindunaw li fostna hawn il-preżenza tal-Messija taħdem is-salvazzjoni tagħna. Sofonija huwa l-Profeta li qatta bla ħabel jeħodha kontra l-poplu u l-mexxejja tiegħu li tbegħdu minn Alla. Huwa jikkundanna l-ħażen ta’ poplu […]
CONTINUE READINGMit-tielet Ħadd tal-Avvent, dan iż-żmien liturġiku jibdel it-tonalità. Minn żmien li fih nirriflettu fuq it-tieni miġja ta’ Kristu fl-aħħar taż-żmien, jinbidel fi żmien li fih inħejju ruħna għall-Milied. Il-vjola jinbidel f’roża u t-ton penitenzjali jinbidel f’wieħed ta’ ferħ li jasal fil-milja tiegħu dakinhar tal-Milied. Il-Profeziji wkoll minn kelmiet ta’ tama jinbidlu fi kliem ta’ ċertezza […]
CONTINUE READING13 ta’ Diċembru 2014 Ħalli lil Alla Jibdillek l-Imħabbiet Tiegħek (Sir 48:1-4.9-12; S 70; Mt 17:10-13) © Erin Fetterhoff Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna fuq il-Profeta Elija. Anzi, aktar milli l-Profeta Elija, aktar fuq kif kienu l-Lhud ta’ żmien Ġesù jistennew lil Elija jerġa’ jiġi. Kif naqraw fil-Ktieb ta’ Bin Sirak, Elija huwa mqabbel […]
CONTINUE READING12 ta’ Diċembru 2014 Il-Bniedem Hieni … Ma Jitlajjax fid-Dnub (Iż 48:17-19; S 1; Mt 11:16-19) X’jagħmel bniedem “hieni” quddiem Alla? Huwa dak li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jitlajjax fid-dnub tiegħu, u lanqas ma joqgħod maż-żeblieħa. Huwa dak li lejl u nhar jaħseb fuq il-liġi tal-Mulej. Meta, fil-fatt, il-Bibbja titkellem dwar il-liġi […]
CONTINUE READING11 ta’ Diċembru 2014 “Jiena l-Għajnuna Tiegħek” (Iż 41:13-20; S 145; Mt 11:11-15) Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja illum titlob lil Alla biex iqajjem fiha l-fidi, u dan permezz tad-don tal-qdusija. Għal darb’oħra, il-Profeta Iżaija, huwa u jkellem lill-poplu ta’ Iżrael fl-eżilju, juri min hu verament is-Sid tal-Istorja. Huwa Alla li jibdel id-deżert f’għadira ilma, li l-art […]
CONTINUE READINGALLA MA JEGĦJA QATT U MA JINKEDDX (Iż 40:25-31; S 103; Mt 11:28-30) Il-Profeta Iżaija fil-qari tal-lum ikellimna dwar Alla li “ma jegħja qatt, u ma jinkeddx.” F’din it-tieni parti tal-ktieb tiegħu (kap. 40-55), l-għan tal-Profeta huwa li jnissel it-tama fil-qalb tal-Iżraelin li kienu meħudin fl-eżilju tal-Babilonja. Il-poplu kien qata’ qalbu minn Alla, ma baqax […]
CONTINUE READINGIż-żmien tal-Avvent mhux biss ifakkarna li aħna Nsara li ninsabu fi proċess ta’ stennija – l-istennija għat-tieni miġja ta’ Sidna Ġesù fl-aħħar taż-żminijiet – imma wkoll aħna Nsara li għandna dejjem iżjed nirrealizzaw li mingħajr Alla fil-ħajja tiegħu “il-bniedem huwa ħaxix, u sbuħitu bħal ward ir-raba’ […] il-ħaxix jinxef, u l-ward jidbiel, iżda l-kelma tal-Mulej […]
CONTINUE READING