8 ta’ Diċembru 2014 Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni (Ġen 3:9-15.20; S 97; Ef 1:3-6.11-12; Lq 1:28:38) Hekk kif il-Knisja tiftaħ is-sena liturġika tagħha fl-Avvent, is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni hija l-ewwel festa solenni li niċċelebraw. Fiż-żmien li fih il-fidili Nsara jkunu jirrifflettu dwar it-tieni miġja ta’ Sidna Ġesù, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna lejn il-Verġni Marija li, imħarsa minn […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum tkompli ddaħħalna fil-fond taż-żmien u l-missjoni messjanika ta’ Ġesù karatterizzati mill-fejqan u l-universalità tas-salvazzjoni. Din il-missjoni u dan iż-żmien ġie inawgurat bi Kristu u jkompli fil-komunità ta’ dawk li jemmnu fih. Isaija jgħidilna li l-Mulej huwa għalina għalliem li jħallina ngħaddu mill-iebes u mit-tiġrib. Hu jagħmilna mgħallma mit-triq tat-tiġrib, jisqina d-dmugħ u […]
CONTINUE READINGIs-sinjali taż-żmien messjaniku huma dawk marbutin mas-salvazzjoni u l-ħelsien. Meta Ġwanni l-Battista jibgħat lid-dixxipli jistaqsu lil Ġesù huwiex hu dak li kellu jiġi, Ġesù jibgħathom lura għand il-Prekursur jirrakkuntawlu x’qegħdin jaraw u jismgħu: il-ħelsien tal-imjassrin, il-fejqan taz-zopop, l-għomja, t-torox. Fis-sinagoga wkoll Ġesù jiftaħ il-ministeru pubbliku tiegħu bil-kliem ta’ Iżaija: L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani […]
CONTINUE READINGIżaija llum jistqarr li Ġerusalemm, il-Belt ta’ Alla hi qawwija. Hi l-Belt ta’ Alla Mhux tal-bnedmin. Isimha donnu jixhed għal dan għax din il-Belt ma nħolqitx u ma ssemmietx mill-Poplu ta’ Alla. Imma l-poplu biex ngħidu hekk ħa l-fiżjonomija tiegħu minnha. Isimha nsibuh l-ewwel darba fil-Ġenesi, hemm fejn jiltaqgħu Abraham u Melkisedek, is-Sultan/Qassis ta’ Salem. […]
CONTINUE READINGIl-Liturġija tal-Kelma llum tqegħdilna żewġ simboli kbar fil-kultura Biblika: Il-Muntanja u l-Mejda. Fil-Kotba Mqaddsa, l-Muntanja hija l-post privileġġjat tal-laqgħa ma’ Alla, tal-intimità miegħu. Il-muntanja hija biċċa art li togħla ‘l fuq u l-quċċata tagħha tmiss mas-sema, allura simbolikament turi x-xewqa tal-bniedem li jogħla ‘l fuq lejn Alla. Fil-Kotba Mqaddsa, l-għoljiet u l-iġbla huma l-post li […]
CONTINUE READING“Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran għal dejjem”. Din il-wegħda mimlija tama tinżlilna għasel f’dan iż-żmien ta’ taqlib, ta’ atroċitajiet, ta’ taħwid, ta’ prekarjetà ekonomika u relazzjonali bejn il-bnedmin u l-ġnus, ta’ nuqqas ta’ rġulija u responsabilità fit-treġija. Fi żmien ta’ instabilità fuq kull livell tal-ħajja soċjali, il-Profeta jħabbar din l-istabilità tal-ġustizzja u s-sliem li […]
CONTINUE READING“Fraħt meta qaluli se mmorru f’dar il-Mulej” Is-Salm responsorjali ta’ llum jitfgħana fuq nota ta’ ferħ u din in-nota hija l-muftieħ, biex ngħidu hekk, li bih nifhmu l-Kelma ta’ Alla għal-liturġija tal-ġurnata. L-Avvent huwa żmien paradossali għax hu ż-żmien ta’ mixja fl-istennija tal-Mulej li ġej. l-Avvent huwa ż-żmien ta’ żewġ mixjiet: il-mixja ta’ Alla lejna […]
CONTINUE READING“Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm!” (Iż 63:19). Dan il-kliem ta’ Iżaija juri x-xewqa mħeġġa tal-profeta għall-miġja ta’ Alla fostna biex iqiegħed kollox f’postu għax hu “iħabrek għal min jittama fih” (Iż 64:3). L-Avvent huwa ż-żmien li fih aħna neżaminaw lilna nfusna fuq ix-xewqa ta’ Alla. Nistaqsu fil-fond ta’ qalbna: nixtequh lil […]
CONTINUE READING6th August is a great feastday in the Church’s liturgical calendar. Both East and West celebrate the Transfiguration of Our Lord before chosen witnesses: Peter, John and James the three solid columns of the Church: Peter the Rock of Faith and Pastor, John the Eagle of Contemplative Love, James the Pragmatic preserver of Tradition through […]
CONTINUE READINGInnijiet noffrilek, sebħ tal-verġni, o safja Paraskevi, martri ta’ Kristu għax inti tqabadt qalbiena u tiddi u ddawwal bir-raġġi tal-għeġubijiet lil dawk li jgħannulek, għalhekk aħna noffrulek innijiet imħeġġa: Ifraħ, bint il-qaddejja devoti ta’ Alla Ifraħ, tron għażiż ta’ Alla l-Għoli Ifraħ, tromba tal-imħabba, leħnek ħlejju Ifraħ, qaddejja safja tas-Sultana tal-Verġni Ifraħ, int li mill-għoli […]
CONTINUE READING