Waħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READINGMark 16:1-8 When the sabbath was over, Mary of Magdala, Mary the mother of James, and Salome, bought spices with which to go and anoint him. And very early in the morning on the first day of the week they went to the tomb, just as the sun was rising. They had been saying to […]
CONTINUE READINGJohn 13:1-35 Now before the festival of the Passover, Jesus knew that his hour had come to depart from this world and go to the Father. Having loved his own who were in the world, he loved them to the end. The devil had already put it into the heart of Judas son of Simon […]
CONTINUE READINGHija u toqrob il-Ġimgħa Mqaddsa il-liturġija tal-Knisja ddawrilna ħarsitna b’iktar intensità lejn il-misteru tas-Salib ta’ Ġesù. Nibdew nisimgħu f’dal-jiem ġrajja ta’ bnedmin ġusti fir-Rabta l-Qadima li ġew mixlija bil-qerq u f’dan huma wrew it-tama għamja f’Alla li salvahom. Waħda minn dawn il-ġrajja hija dik ta’ Susanna li tinqara llum fil-quddiesa tat-Tnejn tal-Ħames Ġimgħa tar-Randan. Fil-bidu […]
CONTINUE READINGMissier, agħti glorja lil ismek! (Ġer 31:31-34; S 50; Lhud 5:7-9; Ġw 12:20-33) Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jinsab f’Ġerusalemm jitkellem dwar “liema mewta kien sejjer imut”. Permezz ta’ dan l-aħħar Ħadd tar-Randan, wara li l-Knisja stednitna nħejju lilna nfusna biex nerġgħu nduru lejn Alla – il-konverżjoni – issa tistedinna ndawru ħarsitna aktar fuq il-persuna ta’ Ġesù, […]
CONTINUE READINGDin il-Ġimgħa bdejna nimxu ma’ Ġesù fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm. San Ġwann fil-kapitlu 7, jagħtina b’dettall mhux biss il-mixja fiżika ta’ Ġesù minn post għal ieħor imma wkoll il-mixja interjuri tiegħu. Quddiem il-prospettiva tal-mewt, Ġesù l-ewwel jaħrab u jinħeba. Mil-Lhudija jitla’ l-Galilija. Imma mbagħad f’daqqa waħda jerġa’ lura proprju fil-qalba u jidħol Ġerusalemm fit-tempju. Hemmhekk […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-magħtub imfejjaq minn Ġesù taħt il-ħames portiċi biswit jew il-vaska ta’ Betesda turina li Alla kull ma jixtieq minna hija r-rieda, ir-rieda li ninbidlu u nqumu mill-qagħda li ninsabu fiha. Il-magħtub kien biswit din il-vaska li bi tradizzjoni u twemmin popolari kienu jemmnu li darba kultant jinżel anġlu fiha u jċaqlaq l-ilma qiegħed. Min […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-fejqan ta’ iben l-uffiċċjal, naraw mhux biss il-ħniena u l-imħabba ta’ Ġesù, imma wkoll il-fidi għamja ta’ dan l-uffiċjal li tispikka meta naqrawha bejn il-vrus l-oħra ta’ l-istess silta li tgħid li Ġesù nnifsu għaraf “li l-ebda profeta ma hu milqugħ tajjeb f’pajjiżu” u l-ilment tiegħu “jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet tibqgħu ma […]
CONTINUE READINGId-drawwa tal-Eżerċizzi fiż-żmien tar-Randan hija opportunità tajba sabiex wieħed jisma’ l-Kelma ta’ Alla fi spirtu ta’ riflessjoni u valutazzjoni tal-ħajja. F’dan il-kors ta’ Eżerċizzi, se nerġgħu inżuru d-drawwa tal-Knisja tal-bidu dwar il-proċess tal-Iskrutinji għal dawk l-adulti li waslu għall-konverżjoni u kienu qegħdin jitħejjew għall-magħmudija. Dan il-proċess kien mibni fuq it-tliet vanġeli li jixxandru fit-tielet, ir-raba’ […]
CONTINUE READINGMeta Thérèse ta’ Lisieux kienet qrib l-aħħar ta’ ħajjitha stqarret ma’ ħutha s-sorijiet, li f’għajnejhom hi kienet ixxurtjata għax se tidher quddiem Alla b’idejha mimlija bil-virtù, li s-sema tielgħa b’idejha vojta u mimlija fiduċja li se tirċievi kollox mingħand Alla. Fl-Evanġelju ta’ llum Ġesù jqegħdilna lill-pubblikan bħala mudell tal-ħajja tal-fidi. L-atteġġjament tiegħu, l-għarfien tiegħu innifsu […]
CONTINUE READING