Il-Kelma ta’ Alla llum tikkonfrontana b’żewġ azzjonijiet: dur u isma’. It-tnejn li huma jindikaw moviment, ċaqlieq. Il-Profeta Hosegħa fl-ewwel qari tal-Quddiesa ta’ llum iwassal il-Kelma ta’ Alla li tistieden lil Israel, imqabbel ma’ mara adultera fir-relazzjoni mar-raġel tagħha – tant hu hekk li fil-bidu tal-ktieb ta’ Hosegħa nsibu lill-profeta li fuq l-amar ta’ Alla jiżżewweġ […]
CONTINUE READINGIl-Profeta Ġeremija baqa’ magħruf għal-Lamentazzjonijiet jew il-krib tiegħu għal Ġerusalemm il-belt ta’ Alla u tas-Sliem, li ġiet meqruda minħabba l-infedeltà tagħha lejn Alla u lejn il-Patt li hu għamel mal-poplu tiegħu. Fil-qari ta’ llum, Ġeremija josserva li minkejja l-fedeltà ta’ Alla mal-poplu tiegħu, dan il-poplu mar lura flok ’il quddiem, donnu Alla u l-Profeti tiegħu […]
CONTINUE READINGUrini, Mulej, sinjali ta’ mħabbtek! (Dewt. 4:1.5-9; S 147; Mt 5:17-19) Fiż-żmien li fih isseħħ il-ġrajja rrakkontata fil-Ktieb tad-Dewteronomju, il-poplu Lhudi jinsab fuq l-għatba tal-Art Imwegħda. Il-poplu għadda erbgħin sena fid-deżert, u minn fost dawk li ħarġu mill-Eġittu fadal biss … Mosè, Ġożwè, u Kaleb. Fil-ewwel qari tal-quddiesa tal-lum, Mosè qiegħed ikellem lill-poplu u jfakkru […]
CONTINUE READINGFtakar fit-tjieba u l-ħniena tiegħek, Mulej. (Dan 3:25.34-43; S 24; Mt 18:21-35) F’kull quddiesa wara l-offertorju qabel it-Talba fuq l-Offerti u t-Talba Ewkaristika, is-saċerdot imil quddiem l-altar ta’ Alla u b’leħen baxx jgħid din it-talba sabiħa: “Ilqagħna, Mulej Alla tagħna, umli u niedma quddiemek u agħmel li jkun jogħġbok dan is-sagrifiċċju li qegħdin noffrulek”. Din […]
CONTINUE READING“Mur inħasel fil-Ġordan” (2 Slat. 5:1-15a; S 41; Lq 4:24-30) Nagħman kien il-kmandant tal-eżerċtu tar-Re Aram tas-Sirja li fi żmien ir-Re Aħab ta’ Iżrael, kien iġġieled u rebaħ lis-Sirja kontra Iżrael. F’għajnejn kulħadd dan Nagħman kien “suldat qalbieni”, “kien kbir quddiem sidu” u r-Re “kien iġibu ħafna”. Iżda r-raġel kien lebbruż, li kienet marda terribli […]
CONTINUE READINGFil-Kelma ta’ Alla għall-quddiesa ta’ llum għandna miġbura flimkien il-Liġi u l-Qima, il-Kmandamenti u t-Tempju. Dawn it-tnejn il-Kelma ta’ Alla kemm fit-Testment il-Qadim u kemm fil-Ġdid huma marbutin flimkien, ħaġa waħda. Il-Kmandamenti huma l-programm ta’ ħajja li Alla fassal għall-poplu tiegħu wara li ħareġ mill-jasar tal-Eġittu. Il-jasar fl-Eġittu ma kienx biss wieħed materjali u politiku […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum iddur madwar tema waħda: Alla Missier li jagħtina dak kollu li hu meħtieġ biex aħna nduru lejh u nibqgħu f’daru… li hi darna! Waqt li lbieraħ irriflettejna fuq Alla li hu missier li jħobb, bil-ġrajja ta’ Ġakobb, Ġużeppi u ħutu, inkomplu fuq l-istess tema bil-parabbola ta’ Ġesù magħrufa bħala l-Iben il-ħali. Hemm […]
CONTINUE READINGHemm xebħ bejn l-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum u l-Evanġelju. Fil-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu, il-Ktieb tal-Ġenesi jgħidilna li Ġakobb, Iżrael, kien iħobb lil Ġużeppi aktar mill-ulied l-oħra li kellu minħabba li dan twelidlu fi xjuħitu. Kienet din l-imħabba li qanqlet l-għira ta’ ħut Ġużeppi għal dan ħuhom iż-żgħir, li wasslithom biex tefgħuh ġo […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum fil-quddiesa teħodna għall-għerq tad-dnub tagħna u tan-nuqqas ta’ kuntentizza ġewwinija. Dawn jinsabu fl-idolatrija. L-idolatrija hija meta jiena nqis dak li mhux Alla, daqs li kieku kien. Il-ġlieda l-kbira tal-Bibbja hija proprju kontra l-idolatrija. Fir-Rabta l-Qadima din il-ġlieda tidher fl-isforz u s-sabar ta’ Alla li gradwalment jeduka l-poplu tiegħu iqim, fil-ħajja u […]
CONTINUE READINGWhether Christ is journeying along beside us or whether he is at the end of time (eschaton) attracting us towards him, he still remains at the heart of our Christian faith. To become more Christ-like is to imitate him even more concretely in the love – i.e. that fundamental choice to be faithful come what […]
CONTINUE READING