Jekk il-Profeta Iżaija jagħtina s-sens ta’ bniedem virili u sever, il-Profeta Ġeremija kien affettiv, anke xi ftit timidu. Hu li kien iwassal il-Kelma t’Alla li kienet titlob li l-poplu Lhudi joqgħod taħt il-ħakma tal-poplu Persjan kien jiġi kkunsidrat daqs l-għar traditur. Jgħidilna hu stess li kien jippreferi jżomm kliemu kontra Ġerusalemm għalih, imma l-verità hi […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum permezz tal-profeta Iżaija kif ukoll fl-Evanġelju tiġbdilna l-attenzjoni dwar l-inkonsistenzi fil-ħajja tal-fidi u fl-osservanza tar-reliġjon tagħna. L-ewwel qari mill-Profeta Iżaija huwa meħud mill-kapitlu wieħed f’dik il-parti li fiha l-profeta jittratta l-problemi fl-għixien tar-reliġjon biex ngħidu hekk. Iżaija fil-kapitlu wieħed jakkuża lil Israel fuq il-mod ta’ kif qed jitmexxa l-poplu. Kif qed […]
CONTINUE READING“Aħfru u ssibu l-maħfra” (Dan 9:4b-10; S 78; Lq 6:36-38) L-ewwel qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Profeta Danjel, jeħodna lura għaż-żmien li fih il-poplu Lhudi kien jinsab fl-eżilju fil-Babilonja. Ninsabu xi mkien bejn is-sena 536 u 529 q.K. waqt ir-renju tar-Re Ċiru. Jidher li l-poplu kien irnexxielu jżomm moħbi f’ġarra tal-fuħħar skroll bil-kitba tal-Profeta Ġeremija, fi […]
CONTINUE READINGF’dan it-tieni Ħadd tar-Randan il-Kelma ta’ Alla tiffukana fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu bħala l-qalba tal-fidi tagħna. Ġesù huwa u għandu jkun il-fus li fuqu ddur il-fidi tagħna, is-sies li fuqu nibnu l-ħajja tagħna. Huwa il-bidu u t-tmiem ta’ dak kollu li nemmnu fih. Lil dawk li huma tiegħu Ġesù jħabbrilhom li “ma jmutux qabel […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn is-sejħa tagħna bħala Poplu ta’ Alla u bħala dixxipli ta’ Ġesù. Aħna lkoll għandna sejħa waħda: dik tal-qdusija jew kif iqegħdha tajjeb Ġesù li nkunu perfetti bħalma hu perfett il-Missier tagħna tas-Sema. Dan il-kmand Ġesù iġibu mill-Ktieb tad-Dewteronomju, jiġifieri l-Ktieb tat-Tieni Liġi. L-għeruq ta’ dan il-ktieb imorru lura għal […]
CONTINUE READINGIl-liturġija llum tgħinna nirriflettu dwar il-ħtieġa tad-deċiżjoni ħielsa fil-mixja tagħna tal-fidi. Alla permezz tal-Profeta Eżekjel jgħin lill-poplu tiegħu jirrifletti dwar id-deċiżjoni ħielsa li anke Alla jirrispetta. Il-kuntest tal-messaġġ ta’ Alla huwa t-tgergir li skontu Alla ma kienx qed jimxi sewwa mal-poplu tiegħu. Alla permezz tal-profeta juri li hu jirrispetta d-deċiżjoni li kull persuna tieħu għaliha. […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tal-liturġija ta’ llum iddawrilna ħarsitna fuq il-misteru tat-talb. L-ewwel qari jagħtina t-talba ta’ Ester, bint il-poplu ta’ Alla li s-sultan Assweru għolliha minn konkubina għal sultana. Fil-periklu li Assweru b’digriet jeqred għal kollox minn wiċċ l-art il-poplu ta’ Alla, Mordekaj li rabba lil Ester bħal bintu fil-biża’ ta’ Alla, jitlobha bil-moħbi tidħol għall-poplu ta’ […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum terġa’ taqbad it-tema tal-konverżjoni, din id-darba bil-figura ta’ Ġona li fl-ewwel qari iħabbar il-konverżjoni bit-tehdid tal-qerda tal-belt ta’ Niniveh jekk din ma tibdilx ħajjitha, d-drawwiet tagħha. Ġona joħroġ fil-pjazez ixandar il-konverżjoni u għal din il-kelma tiegħu il-belt, mis-sultan sal-iżgħar tifel u tifla, ħaduh bis-serjetà u ċċaqalqu minn fejn kienu, biddlu ħajjithom… […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tagħna llum iddur fuq il-kelma. Iżaija fl-ewwel qari mill kapitlu 55:10-11, iwasslilna l-messaġġ ta’ Alla dwar il-kelma tiegħu. Din il-kelma għandha żewġ karatteristiċi: tinżel mis-sema bħax-xita u s-silġ u ssaqqi biex tagħti l-ħajja. Fl-Evanġelju mbagħad Ġesù jgħidilna li fejn jidħol Alla ma għandniex bżonn ħafna kliem. Il-Kotba Mqaddsa jgħallmuna li l-“kelma ta’ Alla hi […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum tiffukana fuq il-liġi tal-Mulej fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħna ma’ Alla u mal-bnedmin. Fil-Ktieb tal-Levitiku Alla jsejjaħ lill-poplu tiegħu għall-qdusija: “kunu qaddisin għax qaddis jien”. Alla waħdu hu l-qaddis, anzi hu qaddis għal tliet darbiet. Alla hu qaddis għax għalkemm hu jinteressah fina u fil-ħolqien li hu ħalaq, hu jibqa’ ’il fuq mill-art u […]
CONTINUE READING