Fil-Kelma ta’ Alla għall-quddiesa ta’ llum għandna miġbura flimkien il-Liġi u l-Qima, il-Kmandamenti u t-Tempju. Dawn it-tnejn il-Kelma ta’ Alla kemm fit-Testment il-Qadim u kemm fil-Ġdid huma marbutin flimkien, ħaġa waħda. Il-Kmandamenti huma l-programm ta’ ħajja li Alla fassal għall-poplu tiegħu wara li ħareġ mill-jasar tal-Eġittu. Il-jasar fl-Eġittu ma kienx biss wieħed materjali u politiku […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum iddur madwar tema waħda: Alla Missier li jagħtina dak kollu li hu meħtieġ biex aħna nduru lejh u nibqgħu f’daru… li hi darna! Waqt li lbieraħ irriflettejna fuq Alla li hu missier li jħobb, bil-ġrajja ta’ Ġakobb, Ġużeppi u ħutu, inkomplu fuq l-istess tema bil-parabbola ta’ Ġesù magħrufa bħala l-Iben il-ħali. Hemm […]
CONTINUE READINGHemm xebħ bejn l-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum u l-Evanġelju. Fil-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu, il-Ktieb tal-Ġenesi jgħidilna li Ġakobb, Iżrael, kien iħobb lil Ġużeppi aktar mill-ulied l-oħra li kellu minħabba li dan twelidlu fi xjuħitu. Kienet din l-imħabba li qanqlet l-għira ta’ ħut Ġużeppi għal dan ħuhom iż-żgħir, li wasslithom biex tefgħuh ġo […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum fil-quddiesa teħodna għall-għerq tad-dnub tagħna u tan-nuqqas ta’ kuntentizza ġewwinija. Dawn jinsabu fl-idolatrija. L-idolatrija hija meta jiena nqis dak li mhux Alla, daqs li kieku kien. Il-ġlieda l-kbira tal-Bibbja hija proprju kontra l-idolatrija. Fir-Rabta l-Qadima din il-ġlieda tidher fl-isforz u s-sabar ta’ Alla li gradwalment jeduka l-poplu tiegħu iqim, fil-ħajja u […]
CONTINUE READINGWhether Christ is journeying along beside us or whether he is at the end of time (eschaton) attracting us towards him, he still remains at the heart of our Christian faith. To become more Christ-like is to imitate him even more concretely in the love – i.e. that fundamental choice to be faithful come what […]
CONTINUE READINGJekk il-Profeta Iżaija jagħtina s-sens ta’ bniedem virili u sever, il-Profeta Ġeremija kien affettiv, anke xi ftit timidu. Hu li kien iwassal il-Kelma t’Alla li kienet titlob li l-poplu Lhudi joqgħod taħt il-ħakma tal-poplu Persjan kien jiġi kkunsidrat daqs l-għar traditur. Jgħidilna hu stess li kien jippreferi jżomm kliemu kontra Ġerusalemm għalih, imma l-verità hi […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum permezz tal-profeta Iżaija kif ukoll fl-Evanġelju tiġbdilna l-attenzjoni dwar l-inkonsistenzi fil-ħajja tal-fidi u fl-osservanza tar-reliġjon tagħna. L-ewwel qari mill-Profeta Iżaija huwa meħud mill-kapitlu wieħed f’dik il-parti li fiha l-profeta jittratta l-problemi fl-għixien tar-reliġjon biex ngħidu hekk. Iżaija fil-kapitlu wieħed jakkuża lil Israel fuq il-mod ta’ kif qed jitmexxa l-poplu. Kif qed […]
CONTINUE READING“Aħfru u ssibu l-maħfra” (Dan 9:4b-10; S 78; Lq 6:36-38) L-ewwel qari tal-lum, meħud mill-Ktieb tal-Profeta Danjel, jeħodna lura għaż-żmien li fih il-poplu Lhudi kien jinsab fl-eżilju fil-Babilonja. Ninsabu xi mkien bejn is-sena 536 u 529 q.K. waqt ir-renju tar-Re Ċiru. Jidher li l-poplu kien irnexxielu jżomm moħbi f’ġarra tal-fuħħar skroll bil-kitba tal-Profeta Ġeremija, fi […]
CONTINUE READINGF’dan it-tieni Ħadd tar-Randan il-Kelma ta’ Alla tiffukana fuq il-persuna ta’ Ġesù Kristu bħala l-qalba tal-fidi tagħna. Ġesù huwa u għandu jkun il-fus li fuqu ddur il-fidi tagħna, is-sies li fuqu nibnu l-ħajja tagħna. Huwa il-bidu u t-tmiem ta’ dak kollu li nemmnu fih. Lil dawk li huma tiegħu Ġesù jħabbrilhom li “ma jmutux qabel […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum ddawrilna ħarsitna lejn is-sejħa tagħna bħala Poplu ta’ Alla u bħala dixxipli ta’ Ġesù. Aħna lkoll għandna sejħa waħda: dik tal-qdusija jew kif iqegħdha tajjeb Ġesù li nkunu perfetti bħalma hu perfett il-Missier tagħna tas-Sema. Dan il-kmand Ġesù iġibu mill-Ktieb tad-Dewteronomju, jiġifieri l-Ktieb tat-Tieni Liġi. L-għeruq ta’ dan il-ktieb imorru lura għal […]
CONTINUE READING