­
Feb 14th

Illum nibdew żmien qawwi fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesù bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja, r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja nisranija kollha matul is-sena: l-ispirtu ta’ talb, l-ispirtu tas-sawm u l-ispirtu tal-karità.

Dawn suppost aħna ngħixuhom matul is-sena kollha għax mingħajrhom naqtgħu il-kuntatt ma’ Alla, ma niffurmawx karattru nisrani sod u ma qalbna faċli tingħalaq għall-imħabba tal-proxxmu. Dawn il-pilastri iżda għandhom ukoll għan ieħor: dak li niġġieldu kontra l-għeruq tad-dnub u l-egoiżmu li hemm fina l-ewwel u qabel kollox u fl-oħrajn. San Pawl jgħidilna li fil-ġlieda tagħna kontra d-dnub għadna ma wasalniex biex xerridna demmna. Hija osservazzjoni f’waqtha aħna u qed ngħixu fi żmien ta’ taqlib fuq il-livelli kollha li jsawwru l-ħajja tagħna u li jekk ma noqgħodux attenti dan it-taqlib jitfilna l-imħabba mħeġġa għal Alla u għall-proxxmu tagħna. Mhux biss jitfilna l-imħabba għall-ġustizzja u għal dak li hu sewwa u nsiru kompliċi fil-liġi tal-ġungla li qed tfaqqas bħala l-kultura predominanti ta’ żmienna. F’dan il-kuntest tajjeb li nimmeditaw ukoll fuq il-messaġġ tal-Papa għal dan ir-Randan li huwa mibni fuq il-profezija u twissija ta’ Ġesù fl-Evanġelju ta’ San Mattew: “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna” (Mt 24:12).

Dan ir-Randan, aħna msejħin għal iktar interjorità biex ngħarblu lilna nfusna u naraw fejn aħna, fejn hi qalbna. Bħala poplu ma tantx nibbrillaw fil-ħajja nterjuri u dan jidher ukoll b’xorti ħażina fil-mod ta’ kif nimmarkaw il-kalendarju liturġiku u reliġjuż tagħna, ftit li xejn baqgħalu reliġjuż fil-veru sens tal-kelma. Niżgħedu b’manifestazzjonijiet tal-passjoni, vari u xbihat u slaleb u kuruni tax-xewk u msiemer ma’ kullimkien. Karnival is-sena kollha bid-differenza li nibdlu l-kostumi skont l-okkażjoni.

Ġesù llum fl-Evanġelju proprju iwissina li fil-mixja tagħna warajh hija meħtieġa li ninżgħu mill-esterjorità u nxiddu fuqna l-interjorità “fil-kamra tagħna ta’ ġewwa”. Twissija li mhemmx li nagħtu kasha, għax miċ-ċelebrazzjonijiet ma’ aħniex neqsin.

Imma qalbna fejn hi? Jekk ma nedukawx ruħna billi ndarru lilna nfusna nkun u nibqa’ ma’ Kristu bla kompromessi meta ffaċċjati b’deċiżjonijiet li jolqtuna fil-laħam il-ħaj, bi kliem, imġieba, għemil, viżjoni ta’ ħajja li huma kollox barra evanġeliċi, allura kollox logħob bil-Knisja u tal-Knisja.

Ħbieb, ejjew nistaqsu fil-bidu tar-Randan: fejn jien? fejn hi qalbi? Mhux biss fuq livell individwali imma wkoll fuq livell ta’ poplu.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook