Fil-Liturġija tal-Knisja hemm Uffiċċju partikolari li jissejjaħ: l-Uffiċċju tal-Qari, li huwa maħsub għas-sigħat tal-lejl qabel ma’ jibda’ jbexbex il-jum, tant li dari kien jitqassam f’notturni.
Matul il-Ġimgħa Mqaddsa, in-Notturni kienu jiċċelebraw il-misteru tad-dieqa tal-mewt li ħass Sidna Ġesu’ Kristu u għalhekk jissejjaħ l-Uffiċċju tat-Tniebri. Għat-tieni sena il-Karmnu fl-Imdina qed noffru l-opportunita’ li niċċelebraw l-Uffiċċju tat-Tniebri fil-jum tal-Erbgħa tal-Ġimgħa l-Kbira li f’Malta baqa’ jissejjaħ l-Erbgħa tat-Tniebri li fih il-Kandelabru tal-Kor jibda’ jintefa bil-mod il-mod.
Din is-sena il-Liturġija tat-Tniebri se niċċelebrawha wkoll bis-sehem tal-Cappella Sanctae Catharinae. Ejja ħu sehem magħna f’din l-esperjenza ta’ talb u kultura mużikali Kattolika. Dħul b’xejn. Donazzjonijiet li jingħataw imorru għall-proġett tar-restawr tal-orgni tal-Knisja.
Go Ahead, Leave A Comment