Hekk kif fi żmien ir-Randan niftakru fid-Duluri ta’ Marija, li tradizzjonalment jinġabru f’sebgħa, hekk ukoll niċċelebraw il-Ferħat ta’ Marija. Din id-drawwa li bdiet fiż-Żminijiet tan-Nofs, intrabtet mal-Karmelitani li nhar ta’ Erbgħa matul is-sena kollha jiċċelebraw it-Tifkira tal-Verġni Marija. Fi żmien l-Għid, dawn l-Erbgħat jissejħu l-Erbgħat tal-Udjenzi għax fihom issir katekeżi Marjana. L-Erbgħat tal-Madonna tal-Karmnu jibdew l-Erbgħa 23 ta’ April.
Go Ahead, Leave A Comment