Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Carmelite Priory Mdina
  • Date :

    14 April 2019
  • Time :

    16:00
  • Price :

    Free entrance

MARIE THERESE VASSALLO VOICE STUDIO

jippreżentaw

KUNĊERT TAL-ĠIMGĦA MQADDSA

“Pater dimitte illis. Non enim sciunt quid faciunt”

Il-Kor ta’ MARIE THERESE VASSALLO VOICE STUDIO ser jippreżenta Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa nhar is-Sibt 13 ta’ April 2019 fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Balluta.

Dan il-Kunċert ser ikollu ripetizzjoni nhar il-Ħadd 14 ta’ April 2019 fil-Knisja tal-Karmnu, L-Imdina, fl-4.00pm.

It-tema ta’ dawn il-Kunċerti ser tkun tikkonsisti fl-Aħħar Sebgħa Kelmiet ta’ Sidna Ġesu Kristu minn fuq is-Salib, li ser ikunu kantati mill-Kor bil-Latin, b’ mod polifoniku. Bejn kelma u oħra ser ikum riflessjonijiet moqrija minn personalitajiet magħrufa. Il-parti ta’ Ġesu Kristu ser tkun f’ idejn l-Attur, Vanni Riolo. Il-parti tal-Madonna ser tagħmilha l-Attriċi, Lilian Pace Vassallo u n-Narratur ser ikun x-Xandar, Alex Pace Gouder. Ser ikun hemm ukoll siltiet ta’ mużika oħra addattati għall-okkażjoni. Dawn ikunu bil-Latin, bil-Malti u bl-Ingliż u jinvolvu l-Kor u diversi Solisti.

Kulħadd huwa mistieden għal dawn il-Kunċerti u jipparteċipa f’din l-esperjenza. Id-dħul hu bla ħlas.

Min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jikkuntattja lid-Direttriċi tal-Kor, Marie Therese Vassallo fuq Mob: 99800409 jew Tel: 21338923. Jista’ wkoll jibgħat email fuq l-indirizz marietheresevassallo@gmail.com

Dame Mro. Marie Therese Vassallo
Dir: MARIE THERESE VASSALLO VOICE STUDIO
Dir: MALTA CULTURAL INSTITUTE
31 TA’ Marzu 2019

Comments are closed.

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook