Nhar il-31 ta’ Lulju tibda’ l-Kwindiċina ta’ Santa Marija jew “Ir-Randan ta’ Santa Marija”. Oriġinarjament żmien ta’ talb u sawm bi tħejjija għall-Għid ta’ Santa Marija.Fit-Tradizzjoni tal-Lvant, filgħaxija, f’dan iż-żmien jiġi ċċelebrat kuljum l-Uffiċċju tas-Supplika lil Marija Santissima (Paraklesi), li matul is-sena jingħad ukoll fi żmien diffiċli u ta’ tiġrib. Ningħaqdu ma’ ħutna nsara tal-Lvant u ngħixu l-Kwindiċina ta’ Santa Marija bi spirtu ta’ talb u sawm għall-paċi fid-dinja u għall-ħtiġijiet spiritwali u materjali ta’ dawk ħutna nsara ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom, kemm fl-Iraq u kemm f’pajjiżi oħra.
Mil-llum 31 sat-13 ta’ Awissu (minbarra l-Ħdud) fis-7pm niċċelebraw it-Talba ta’ filgħaxija fil-Knisja b’ċelebrazzjoni marjana bħala tħejjija għall-Għid ta’ Santa Marija. Fl-14 ta’ Awissu niċċelebraw il-Vġili tal-Għid tal-Assunta fit-8pm.
Go Ahead, Leave A Comment