L-Evangelju ta’ San Gwann huwa maghruf ghad-dettalji li jaghti dwar ic-cahda ta’ Gesù min-naha tal-Lhud. Mill-Kapitlu 7 ‘il quddiem lil Gesù narawh idur mal-Galilija u jevita li jmur fil-Lhudja minhabba li l-Lhud bdew ifittxu li joqtluh. “Lhud” fl-evangelju ma tfissirx il-Lhud kollha, izda dawk li ma laqghux lil Gesù u cahduh. Fl-evangelju fil-fatt insibu Lhud li laqghu lil Gesù. Gharfuh b’ragel tajjeb, ohrajn emmnu fih. Madanakollu dawn kienu jzommu t-twemmin taghhom fil-mohbi, bil-biza’ mill-Farizej li kienu jkeccu lil min jemmen f’Gesù mis-Sinagoga.
L-Evangelju ta’ llum mill-kapitlu 8 ta’ San Gwann jaghtina d-diskors ta’ Gesù lil dawk il-Lhud li emmnu fih. Dan id-diskors izda huwa b’forma ta’ polemika ghax dawk li emmnu f’Gesù ma emmnux bis-shih, baqghu fil-biza’, marbuta mas-Sinagoga, u ma jurux fil-berah li huma jemmnu f’Gesù, u allura l-fidi taghhom fi Kristu ma tiswa’ xejn, ma taghmilx effett. L-ilment ta’ Gesù nistghu nehduh ghalina, ahna li nemmnu f’Gesù, imma hafna drabi il-fidi taghna, hija fidi tas-sagristija.
Ahna wkoll ninsabu f’dinja u mdawwrin b’mentalità li timbuttana, anzi tistenna li l-fidi taghna nghixuha fil-privat tad-dar taghna u mill-bieb tal-Knisja ‘l gewwa. Qeghdin f’socjetà fejn kulhadd mistenni jkun tolleranti u jaccetta lill-ohrajn, basta ma tkunx nisrani, ghax jekk inti nisrani, jibilghuk jekk thalli l-fehma tieghek u l-ghazliet u d-decizjonijiet tieghek, jirriflettu li inti dixxiplu ta’ Gesù. Bhala nsara llum ahna mistennija, biex nghalqu halqna, halli ma jkun hemm hadd li ghandu twemmin iehor u etika ohra li jurta lilu nnifsu. Kulhadd jista’ jitkellem barra nisrani dixxiplu ta’ Gesù.
Ahseb ftit, il-fidi tieghek, hija tas-sagristija, jew melh tal-art u dawl tad-dinja? Tisthi jew tibza li turi li inti ta’ Gesù?
Go Ahead, Leave A Comment