Ilkoll nafuha l-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu. Hija waħda mill-ġrajjiet fil-Kotba Mqaddsa li tixhed għall-misteru tat-tbatija tal-innoċenti u tal-ġusti.  Ġużeppi huwa fil-fatt fit-tradizzjoni nisranija it-tip ta’ Ġesù Kristu, l-innoċenti per eċċellenza li ġie persegwitat u maqtul. Hu l-Għażiż ta’ Alla li ttieħed f’idejn il-ħżiena. Waħda mill-isbaħ omeliji li tagħmel xebħ bejn Ġużeppi u Ġesù hija dik ta’ San Afraat, l-Għaref tal-Persja (270-345) li wara l-konverżjoni tiegħu ħa l-isem ta’ Ġakobb u sar eremita f’Edessa, f’Antijokja u t-Turkija. Il-kitbiet tiegħu huma l-eqdem tal-Knisja fis-Sirja. Dwar Ġużeppi u Ġesù huwa jikteb hekk waqt li jsemmi l-evanġelju ta’ llum tal-parabbola tal-għalqa fil-kapitlu 21 ta’ San Mattew:

Joseph_Sold“Ġużeppi kien imlibbes minn missieru b’libsa ta’ kmiem twal; Ġesù kien imlibbes mill-Missier b’ġisem mill-Verġni. Ġużeppi kien l-iben il-maħbub ta’ missieru, iktar minn ħutu kollha, Ġesù wkoll huwa l-Maħbub u l-Għażiż tal-Missier. Ġużeppi kien jara l-viżjonijiet u joħlom, Ġesù tem mil-ħolm u l-viżjonijiet tal-profeti. Ġużeppi kien rgħaj ma ħutu, Ġesù huwa r-Ragħaj tar-rgħajja. Meta missier Ġużeppi bagħtu jżur lil ħutu, huma ftehmu biex joqtluh, u meta Alla l-Missier bagħat lil Ġesù jżur lil ħutu, huma qalu: “ara l-werriet, ejja noqtluh” (Mt 21:38). Lil Ġużeppi ħutu tefgħuh fil-ħofra, u lil Ġesù ħutu tefgħuh fil-qabar. Ġużeppi ħareġ mill-ħofra u Ġesù qam mill-qabar. Wara li Ġużeppi ħareġ mill-ħofra saltan fuq ħutu, wara l-qawmien mill-imwiet Ġesù ngħata mill-Missier Isem li hu fuq kull isem ieħor hekk li ħutu qgħadu taħtu u l-għedewwa tiegħu mirfes taħt riġlejh…”

San Afraat ikompli lista sħiħa ta’ xebħ bejn Ġużeppi u Ġesù li huwa ħuna l-kbir, is-Saltna ta’ Alla fostna. L-Evanġelju ta’ llum ikellimna fuq din is-Saltna u fuq dan l-Iben li ġie fostna biex jagħtina sehem minn din is-Saltna li ħafna drabi b’għemilna u mġebitna aħna narmuha u nħarbtuha. Il-kundanna ta’ Alla għal min ikasbar din is-Saltna hi li tittieħed minn idejna u jagħtiha lil oħrajn li jħaddmuha. Aħna għomorna u żmienna mnisslin f’din is-Saltna, l-għalqa tad-dwieli…  napprezzawha jew nagħtuha bis-sieq? Nirriflettu li Ġesù huwa din is-Saltna fostna, din id-dielja li ntgħasref fuq is-salib biex tatna l-inbid tal-ħajja ta’ dejjem? Il-kelma ta’ Alla llum tistedinna napprezzaw lil Ġesù li hu s-Saltna ta’ Alla fostna. Ejjew ngħożżuh lil Kristu, tifkirtu ma’ hawnx oħla minnha!

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook