Prayer“Lilna eħlisna bil-qawwa ta’ jdejk u għinni, lili, li jiena waħdi u ma għandi lil ħadd ħliefek, Mulej.” Din it-tnehida tas-Sultana Ester tiġbor il-karba tagħna lkoll kull darba li nduru lejn il-Mulej biex nitolbuh. X’ħasra li d-drabi li fihom induru lejn Alla biex nitolbuh ikunu kkaraterizzatti ħafna drabi minn bżonnijiet personali minflok tassew it-tifħir ta’ Alla! Kemm aktar jixraq li nitolbu għax nirringrazzjaw u nfaħħru l-ġmiel u l-kobor ta’ Alla milli għax sempliċiment irriduh jaqlalna xi grazzja!

Ġesù, imbagħad, fl-Evanġelju tal-lum ikompli jgħallimna kif għandna nitolbu sew. It-talb għandu żewġ dimensjonijiet:

L-ewwel dimensjoni hija ħarsa ’l fuq lejn Alla. Ġesù jgħidilna min jitlob jingħatalu, min ifittex isib, min iħabbat jiftħulu. X’se nfittxu u x’se nsibu? Se nfittxu li nkunu nafu lil Alla, li ngħożżu l-għeġubijiet li jagħmel magħna (jekk aħna nħalluh!), li nħobbu l-Kelma tiegħu fuq kollox u fuq kulħadd. Se nsibu b’hekk l-hena tassew, il-ferħ tal-qalb li mhux ġej minn din id-dinja u li ma jispiċċax magħha imma li jibqa’ għal dejjem għax huwa ferħ divin. Se nfittxu għaqda ma’ Alla li tibqa’ u se nsibu li Alla diġà kien magħna mingħajr ma ntbaħna. S. Wistin jesklama quddiem Alla li “qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistrieħx fiH.”

It-tieni dimensjoni hija ħarsa ’l isfel lejn ħutna l-bnedmin. Jekk fit-talb hija importanti r-relazzjoni tiegħi ma’ Alla – jiġifieri li ma nitrattahx għall-użu tiegħu imma għaliH innifsu – daqstant ieħor hija importanti r-relazzjoni tagħna mal-oħrajn. Il-Kelma t’Alla turina b’mod ċar illum li l-kriterju li bih għandna nqisu jekk l-azzjonijiet tagħna lejn l-oħrajn humiex tajbin jew ħżiena huwa mistoqsija sempliċi imma taqta’: li kieku kellhom l-oħrajn jagħmluli dak li jien qiegħed nagħmel lil ħaddieħor, nieħu gost bih jew le?

Dawn iż-żewġ dimensjonijiet mela juruna li:
1. mhux biżżejjed li nistennew lil Alla jaġixxi skont ix-xewqat tagħna, imma jeħtieġ l-ewwel u qabel kollox li nħobbuH għax hu Alla u mhux għall-ġid li jagħti.
2. il-mod konkret ta’ kif sejrin inħobbuh huwa fil-persuna ta’ ħutna l-bnedmin għaliex huma maħluqin fuq xbieha ta’ Alla.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook