Fil-Karmnu tal-Mdina ħejjejna ruħna għall-Għid tal-Mulej permezz ta’ iktar attenzjoni fit-talb fuq il-Kelma ta’ Alla permezz tal-omelija ta’ kuljum kif ukoll bl-eżerċizzi u bis-seminar dwar Spiritwalità tas-Sogħba.
Nieħdu din l-opportunità biex nibgħatulkom il-programm għall-festi tal-Għid u fl-istess ħin nistednukom sabiex tissieħbu magħna għal-Liturġija ta’ Ħamis ix-Xirka fis-6pm, tal-Ġimgħa l-Kbira fit-3pm u ta’ Sibt il-Għid fit-8pm. Barra minnhekk nhar l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa wara l-quddiesa tal-5.30pm ikollna ċelebrazzjoni madwar is-Salib tal-Mulej. Għal min irid ikun hemm ukoll il-qrar.
Bħas-soltu intom imħeġġa tieħdu sehem mal-komunità fit-talb ta’ filgħodu u ta’ nofs il-jum matul it-Tridu tal-Għid. Bħas-soltu jkollna wkoll f’Sibt il-Għid filgħodu iċ-ċelebrazzjoni hekk imsejħa s-Siegħa tal-Addolorata u d-dilka tal-Altar bil-fwejjaħ u l-mirra.. Is-Siegħa tal-Addolorata hija meħuda mill-kitbiet ta’Santa Marija Maddalena de’ Pazzi, mistika Karmelitana li kellha għal qalbha r-riforma u t-tiġdid tal-Knisja. Din is-sena mit-2 ta’ April 2016 niċċelebraw l-450 sena mit-twelid tagħha b’attivitajiet varji u formattivi…. Imma dwar dan fl-ittre li jmiss!
Go Ahead, Leave A Comment