13 ta’ Diċembru 2014

Ħalli lil Alla Jibdillek l-Imħabbiet Tiegħek

(Sir 48:1-4.9-12; S 70; Mt 17:10-13)

© Erin Fetterhoff
© Erin Fetterhoff

Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna fuq il-Profeta Elija. Anzi, aktar milli l-Profeta Elija, aktar fuq kif kienu l-Lhud ta’ żmien Ġesù jistennew lil Elija jerġa’ jiġi. Kif naqraw fil-Ktieb ta’ Bin Sirak, Elija huwa mqabbel man-nar, “kelmtu kienet taqbad bħal ħuġġieġa”, u dak kollu li wettaq Elija għamlu “b’kelmet il-Mulej”. Kien mifhum li, peress li Elija ttieħed fil-karru tan-nar, għandu jerġa’ jiġi skont il-wegħda li għamel Alla lill-poplu: “Jien nibgħatilkom ‘l Elija l-Profeta qabel ma jasal Jum il-Mulej” (Mal 3:22). U dan “biex iqiegħed kollox f’postu”. Madanakollu, il-mod kif Elija kien se jagħmel dan, kienu jemmnu l-Lhud, kien bil-qawwa u l-qilla mħeġġa tiegħu li teqred is-setgħat barranin mill-Art Imwegħda u li b’hekk biss kellu jkun dak li jħejji t-triq għal Messija potenti.

Iżda fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jrid jibdel din l-idea li kienet ilha fil-moħħ Lhudi għal ħafna sekli. Ġesù ried jurihom li s-Saltna li ġie jwassal hu ma tibbażax ruħha fuq il-poter imma fuq is-servizz u l-imħabba. Fi kliem ieħor, li nkun nixtieq naġixxi mhux skont dak li rrid jien, iżda li jrid Alla minni. Dan kellhom jitgħallmu d-dixxipli ta’ Ġesù, u aħna wkoll: li l-mixja wara Ġesù ġġegħilna xi kultant nerġgħu neżaminaw dak li aħna mingħalina hu veru. Ġesù jġiegħelna nħarsu lejn dak li aħna naħsbu li huwa veru biex nitilquh, u nilqgħu dejjem iżjed dak li huwa veru għal Ġesù, jiġifieri lil Ġesù nnifsu. U l-verità li Ġesù ġie jħabbrilna m’għandix bżonn ta’ ħafna kliem – għalhekk għall-mistoqsija famuża ta’ Pilatu fil-Pretorju, Ġesù ma jwieġeb xejn – għax hija kollha kemm għotja tiegħi nnifsi għal Alla u l-proxxmu tiegħi.

Riflessjoni: Hekk kif Ġesù, kollu ħeġġa u mħabba, ssagrifika lilu nnifsu għall-ħitjiet tagħna, hekk ukoll aħna f’dan l-Avvent – anzi, mil-lum stess – għandna nitgħallmu minn Ġesù nittrasformaw il-passjonijiet tagħna biex isiru dejjem iżjed mhux “dak li rrid jien” iżda “dak li jrid Alla minni”.

One Comment to "Ħalli lil Alla Jibdillek l-Imħabbiet Tiegħek"

  • Laurence Attard
    30/11/2015 at 12:16 pm

    Nemmen li l-imhabbiet tieghi ghandhom iwassluni ghand Alla li hu l-Imhabba. Irrid nghid, l-affarijiet materjali mhux necessarjament se jbeghduni mill-imhabba t’Alla. Jien inqis ukoll is-siwi u l-frott tat-tbatija f’hajti. Peress li nbati bid-dipressjoni, hafna drabi nsib ruhi saqajja ma’ l-art u minghajr ma rrid infittex lil Alla u li nisma’ lehnu. Grazzi Mulej ta’ l-imhabbiet li jressquni ghandek, ghax Int, li int ‘Imhabba’, inti ‘Gmiel’.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook