Il-qari ta llum jaghtina l-karba ta’ Alla lill-bniedem: “erga dur lejja”.
Din il-karba Alla jaghmilha lil poplu li kien qieghed ifittex u jsib is-sigurtà u s-salvazzjoni tieghu fil-qawwiet umani. “Assur ma jsalvaniex” iwissi l-Profeta Hosegha. Alla biss isalva. Din is-salvazzjoni tasal meta nikbru fl-imhabba ta’ Alla ghax l-imhabba ta’ Alla tiftahna, ma thalliniex maghluqin fina nfusna, issalvana minna nfusna, mill-gheluq taghna u mill-egoizmu taghna li xi drabi jinheba tant fina hekk li ma nindunawx bih.
Nitolbu li naqilghu din il-grazzja tal-imhabba vera, “Charitas” li hija mhabbet Alla ghalina, dik l-imhabba li titkarrbilna biex nersqu lejh u nindunaw li hadd u xejn, qawwi kemm hu qawwi ma jista jsalvana. Assur li kellu belt imsemmija ghalih kien l-aqwa fost l-allat tal-Assirja. Meta l-poplu kien f’periklu ta’ idolatrija, kellu jiftakar li huwa l-Mulej li jaghti s-salvazzjoni, ghax l-idoli u l-idolatrija huma holqien il-bniedem u progettazjoni taghna fuq Alla. L-idolu huwa estensjoni egoista taghna, alla li noholquh biex jaqtghalna xewqatna u htigijietna. Min-naha l-ohra Alla l-haj, johrogna minna nfusna, ikabbarna fl-imhabba li taf taghti lilha nnifisha. Nitolbuhielu lil Alla din il-grazzja.
Go Ahead, Leave A Comment