Il-kelma ta’ Alla llum tkellimna fuq il-kuragg li nitolbu mahfra. Din il-kapacità tinbena fuq l-gharfien li jiena nqast u ghamilt dak li hu hazin, wara l-gharfien l-istqarrija ta’ l-imgieba hazina u mbaghad it-talba tal-mahfra li tohrog mill-indiema, jew dispjacir ghal dak li ghamilt ghax naghraf li b’dak li ghamilt ghazilt il-hazin fuq is-sewwa u nqast allura mir-rispett lejn Alla l-ghajn tas-sewwa, lejja nnifsi u lejn huti l-bnedmin u b’mod li harbatt jew fixkilt l-armonija fija, fl-ohrajn u fl-istrutturi li fihom jiena nghix u nahdem.
L-ewwel qari mill-kapitlu 9 tal-profeta Danjel huwa parti mit-talba ta’ gharfien, stqarrija u mahfra li l-Profeta jaghmel f’isem il-poplu eziljat. Il-hazen taghna, jeziljana, jaqtghana, igib il-firda bejnietna. Ikisser l-armonija u l-ghixien fis-sliem mieghi innifsi u mal-ohrajn. Huwa siewi li nitolbu mahfra lil xulxin u lil Alla tal-hazin li nkunu ghamilna ghaliex hekk biss issehh ir-rikonciljazzjoni, jigifieri li nergghu noqorbu lejn xulxin, lejn dak jew dik li nkunu nqasnih jew inqasniha.
Gesù fl-Evangelju iwissina biex ma niggudikawx, imma biex nahfru bhalma Alla jahfer lilna ghax bil-qies taghna nigu meqjusa minn ohrajn u minn Alla. Kif nista’ jiena nemmen f’ Alla li hu hanin meta jiena mbaghad qalbi iebsa? Spiss nisimghu li spicca s-sens tad-dnub u s-sens ta’ rgulija u dan huwa minnu. Jista’ jaghti l-kaz li dan qed isehh fostna ghax naqas is-sens ta’ hsieb fl-ohrajn?Qeghdin inhallu l-qjies taghna biss imexxina f’dak li naghmlu, nahsbu, nghidu? Ninsabu f’dinja li taghtina l-libertà li nghixu kif irridu u naghmlu dak li rridu bl-iskuza li nghixu u nhallu lil min jghix. Imma tassew qed jirnexxielna naghmlu dan? Nindunaw li hafna drabi f’isem dik li nsejhulha l-libertà individwali ta’ kull wiehed u wahda minna, jkun hemm min qieghed ibati l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konsiderazzjoni taghna. Nitolbu lil Alla jaghtina l-grazzja li ma nghixux b’nuqqas ta’ hsieb, imma li nahsbu u nirriflettu li kull ghazla li ahna naghmlu ma tolqotx lilna biss izda lil ta’ madwarna. Nitolbu l-grazzja li nikbru fis-sens ta’ responsabilità u rgulija u li meta nonqsu ngharfu, nistqarru u nitolbu mahfra sabiex nergghu lura lejn is-Sewwa.
Go Ahead, Leave A Comment