Feb 25th

Lejn Ġerusalemm

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, Reflections & Sermons

jikkundannaIl-Kelma ta’ Alla llum tqegħdilna lill-Profeta Ġeremija bħala dak li huwa l-prekursur ta’ Kristu fil-persekuzzjoni minħabba l-missjoni profetika tiegħu. Il-missjoni ta’ Ġeremija kienet dik li jikkundanna id-dnub tal-poplu, l-ikdolatrija, u jħabbar it-tiġrif ta’ Ġerusalemm għax telqet lil Alla, nsietu u ġriet wara Alla oħra. Ġeremija jitqiegħed f’kuntrast ma’ profeti oħra “mixtrija” li biex jibżgħu għal ġildhom kienu jħabbru u jwasslu dak li l-poplu u l-mexxejja riedu jisimgħu u mhux dak li joħroġ minn fomm Alla. Ġeremija bil-maqlub baqa’ sħiħ, iħabbar waħdu l-kelma ta’ Alla mhux mimsusa. Għalhekk sab ruħu vittma ta’ konfoffa biex jiġi eliminat minn qalb il-ħajjin. Imma Ġeremija jibqa’ sħiħ fil-fedeltà tiegħu lejn Alla u lejn il-missjoni tiegħu.

Bħal Ġesù li llum narawh tiela’ Ġerusalemm, il-belt tal-Għid tiegħu, b’ċerta determinazzjoni. Huwa se jagħti ħajtu, mhuwiex ifittex li jsalva ġildu. Bil-maqlub u f’kuntrast kbir omm ulied Żebedew titlob li hu jaħseb f’ġild uliedha u jqegħdhom fuq il-lemin u x-xellug tiegħu, ministri fl-ogħla post qribu. Imma lkoll nafu li fuq il-lemin u x-xellug Ġesù kellu żewġ kundannati għall-mewt, biex proprju jidher li kien magħdud mal-midinbin għax hu dak li ħa fuqu l-mard tagħna, id-dnub tagħna bil-konsegwenzi kollha tiegħu. Mid-dixxiplu Ġesù jistenna li jixrob bħalu l-kalċi li hu xorob, jiġifieri li jerfa’ fuqu s-salib tal-fedeltà lejn Alla, lejn il-poplu u lejn il-missjoni li Alla jafdalu f’idejh.  Li nimxu wara Ġesù jfisser li aħna bħalu lesti nħorru fuqna l-konsegwenzi tal-għażla tagħna sal-aħħar, mingħajr ma nerġgħu lura quddiem il-persekuzzjoni, mingħajr ma nfittxu li niksbu xi ħaġa jew oħra. L-għotja sħiħa, il-fedeltà, jimmarkaw il-ħsieb, il-qalb u l-ħajja tad-dixxiplu.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook