Meta ahna qrib Alla, nibdew inhossuna xi ftit jew wisq skomdi f’dak li hu tad-dinja ghax ikollna perspettiva differenti mill-bqija tal-bnedmin. Il-Kelma ta’ Alla llum taghtina zewg ezempji.
L-ewwel wiehed hu l-Profeta Mikea li beda jara dak li haddiehor ma kienx qed jara, jigifieri li Gerusalemm miexja lejn il-qerda taghha. Dan il-profeta kien qed jarah fil-mument li fih Gerusalemm kienet ghaddejja minn zmien ta’ progress u tkabbir. Il-Profeta jaghraf li dan il-progress kien qed isehh minn fuq dahar l-ingustizzji u strutturi ekonomici ta’ dnub li kienu qeghdin ijassru lil diversi kategoriji ta’ nies. Huwa ma jhossux parti minn din l-istruttura socjali korrotta u abusiva. Il-Profezija ta’ Mikea tfakkarni fil-previzjoni tal-Papa Benedittu XVI fl-Enciklika Caritas in veritate, li s-sistema ekonomika se tisfronda ghax mibnija fuq strutturi abusivi. Previzjoni li sehhet fil-fatt ftit wara. Il-Profeta fil-qari ta’ llum jitlob lil Alla jipprotegi lill-Poplu tieghu ghax nidem, u jdawwru bhal foresta fil-Karmelu, il-Karmelu li huwa l-Gnien tal-Mulej.
L-Evangelju wkoll jurina lill-Iben iz-zghir li kif fil-qalb tieghu joqrob lejn Missieru jibda jhossu skomdu fejn hu, mahrub il boghod u jindem u jmur lura. L-Iben il-kbir min-naha l-ohra ma japprezzax li hu qrib missieru u allura b’qalbu huwa ‘l boghod. Nistaqsu ahna fejn qeghdin: qrib jew boghod minn Alla? Kemm ahna konxji li jista’ jkun li bl-istil ta’ hajja taghna nkunu qed nikkontribwixxu f’sistemi socjali mherrija bi mgieba korrotta. Niftakru li l-fidi taghma ghandha d-dimensjoni politika fis-sens wiesgha, jigifieri, il-bini ta’ ordni socjali gdid li lkoll imsejhin nikkontribwixxu ghalih.
Go Ahead, Leave A Comment