Din il-Ġimgħa bdejna nimxu ma’ Ġesù fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm. San Ġwann fil-kapitlu 7, jagħtina b’dettall mhux biss il-mixja fiżika ta’ Ġesù minn post għal ieħor imma wkoll il-mixja interjuri tiegħu. Quddiem il-prospettiva tal-mewt, Ġesù l-ewwel jaħrab u jinħeba. Mil-Lhudija jitla’ l-Galilija. Imma mbagħad f’daqqa waħda jerġa’ lura proprju fil-qalba u jidħol Ġerusalemm fit-tempju. Hemmhekk huwa joħroġ fil-beraħ bħala dak li hu mibgħut minn Alla. L-Evanġelju ta’ llum ikompli ma’ dak ta’ lbieraħ u jurina li għal din l-azzjoni ta’ Ġesù, il-kittieba, l-fariżej u x-xjuħ tal-poplu jibgħatu lill-għases biex jaqbdu lil Ġesù. Imma dawn imorru lura idejhom vojta għax huma ssaħħru bi kliemu u qalbhom daret lejh hekk li ma kellhom dik id-determinazzjoni tal-qalb iebsa biex jaqbdu lil Ġesù. narah“Ħadd qatt ma tkellem bħalu dan il-bniedem”. L-għases bħal donnhom saru dixxipli ta’ Ġesù malli semgħu kelmtu. Il-kliem ta’ Ġesù jsaħħarhom. Hu il-Kelma ta’ Alla magħmula bniedem jgħidilna San Ġwann fil-bidu tal-evanġelju tiegħu u issa leħnu ta’ bniedem qed iwassal il-Kelma li kienet sa minn dejjem għand il-Missier. L-evanġelju ta’ llum jixprunana biex infittxu l-kelma ta’ Kristu, anzi infittxu lil Kristu li hu l-Kelma ta’ Alla magħmula bniedem fostna u għalina.

Fil-knisja tagħna llum nibdew jiem ta’ tħejjija għas-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej lil Marija. Marija ssir dixxiplu ta’ Ġesù bis-smiegħ tal-kelma li tħabbritilha. Hija l-mara li nisslet il-Kelma f’moħħha, f’qalbha, f’ġufha.

Nistaqsi lili nnifsi: kemm ngħożż il-Kelma ta’ Alla, x’post għandha f’qalbi, f’ħajti? Nismagħha din il-kelma bil-qalb? Issaħħarni għal wara Kristu?

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook