­
Nov 27th

Opening Speech

Pavel Aleksandrovich Florenskij, aktarx l-ikbar ħassieb u xjenzat Russu tas-Seklu 20… Qassis magħsur u maqtul brutalment flimkien ma’ elf ruħ oħra mir- Reġim Bolxevista ta’ Stalin li fuq il-linji Marxisti u Leninjani kien jemmen li l-fidi u r-reliġjon huma oppju u torta fl-arja, jipprofetizza li ż-żmien il-ġdid, il-ġejjieni, se jkun ritorn lejn iż-Żminijiet tan-Nofs. B’xorti ħażina, min illum jippontifika li hu progressista u moħħu miftuħ, darriena – jew jixtieq idarrina – nqabblu ż-Żminijiet tan-Nofs ma’ xi ħadd jew ma xi żmien retrogard u oskurantista. Filfatt ir-realtà hija oħra. Iż-Żminijiet tan-Nofs jekk ma’ tawna xejn (li hija gidba) tawna li nifhmu l-kapaċità li għandna li nistghagbu u nħaddnu r-realtà ta’ madwarna fi sħuħija ġewwinija u barranija.

The Passage of MemoryMinn dak li ngħixu ta’ kuljum nintebħu li r-realtà ta’ madwarna hija mimlija minn kuntrasti, kontraddizzjonijiet u paradossi. Huma dawn, li jagħmlu l-ħajja possibbli. Mingħajr it-tħaddin ta’ dawn bħala parti fundamentali tal-esperjenza tal-ħajja, ma nistgħux ngħixu. Iktar qribna, nies bħal Freud, Jung, Frankl u lbqija juruna li aħna nistgħu ngħixu biss jekk ngħumu f’din it-tensjoni pożittiva ta’ kuntrasti, kontraddizzjonijiet u paradossi, waqt li nfittxu li nimxu lejn it-tifsira tas-sens tal-eżistenza. Il-memorja hija dik il-fakultà li aħna mżejnin biha sabiex proprju tgħaqqad f’ħaġa waħda il-frak jew frammenti li jsawwru l-ħajja tagħna, l-istorja tagħna. Min-nom “frak” jew “frammenti”, aħna noħorġu laġġettiv “tifrik” jew “frammentazzjoni”. Farka waħda ftit li xejn tgħidilna dwar loġġett sħiħ li minnu qabżet; il-frak, il-biċċiet, il-frammenti almenu jagħmluha possibbli li aħna ngħaqqdu oġġett sħiħ. Hija l-memorja li dan tagħmlu possibbli. Skont Florenskij, li għandu kitbiet sbieħ u profondi fuq it-teorija estetika – speċjalment fejn tidħol il-perspettiva – in-nuqqas ta’ memorja jġib ittidwib tal-persuna. Aħna persuni li nistgħu noqgħodu fuq saqajna fl-illum b’ ħarsa lejn ’il quddiem, għax għandna l-memorja li tiġbor f’għaqda waħda dak li għadda min għalina fi process ta’ tisfija.

F’din il-wirja The Passage of Memory Damian jeħodna lura lejn il-frammenti li ffurmaw l-avventura artistika tiegħu sa issa. Hija mixja, vjaġġ li bdih mirrappreżentazzjoni u l-interpretazzjoni tar-realtà ta’ madwaru bil-fazi tal-istill life ispirati minn Van Gogh, Cezanne, Manet u l-Espressjonisti. F’din il-fażi Damien bħal donnu jirrelata mad-dinja ta’ madwaru waqt li interjorment jirrifletti u jinterpreta dak li jidħol mis-sensi. Biċċa xogħol li nsib interessanti u toħloqli tbissima hija sour conversation li turi żewġ lumijiet iħokku ma’ xulxin, qishom fi djalogu, b’waħda minnhom għandha zokk minfud fiha u ħiereġ minnha. L-għan tal-arti espressjonista mhuwiex dak li tirrapreżenta r-realtà materjali, imma li turi l-interpretazzjoni suġġettiva tad-dinja hekk li dak li jidher jiġi mdawwar u maħdum biex jesprimi emozzjonijiet, temperament u ideat. Flespressjoniżmu – u fil-każ tagħna fl-arti ta’ Damian – l-għan mhuwiex dak li wieħed jikkopja r-realtà materjali bil-ħila tal-artist. Diġa f’din il-fażi bikrija talmixja artistika ta’ Damian ningħataw ħjiel ta’ x’inhu li jqanqal l-espressjoni artistika fih. Fil-poeżija Phoenix Ebejer jieħu d-dehra ta’ barriera u permezz tagħha jesprimi l-univers kollu kuntrasti u paradossi li hemm ibaqbaq ġewwa fih:

Damian Ebejer's Art Exhibition

The quarry
Open wound
To heaven’s thoughts
A sadness of stone
Palace stood alone…

Il-Feniks huwa dan l-għasfur mitiku li jqum u jtir mill-irmied – jekk trid frak, frammenti – ta’ dak ta’ qablu. Għalkemm huwa ħlejqa tal-mitoloġija Griega, it- Tradizzjoni Nisranija mal-ewwel rat fih is-simbolu tal-Qawmien, tal-ħajja ġdida, ta‘ Kristu. Nistgħu ngħidu li f’din il-wirja nsibu wkoll dan il-proċess. Mill-fdal tal-espressjoni artistika tal-bidu imsejsa fuq l-għalliema l-kbar talespressjoniżmu, Ebejer nistħajluh jitwieled artist li jogħla ’l fuq hekk li issa mhux iħares lejn id-dinja ta’ madwaru u jispira ruħu minnha jew jinterpretaha, iżda mill-ġewwieni tiegħu paradossali, kumpless u mqalleb, jiftaħ din lisplużjoni ta’ kuluri u linji li jgħajjtu lil Pollock u li tistħajjilhom xi mappa turi ttoroq ta’ xi belt metropolitana, waqt li ohrajn donnhom demm iċarċar jgħajjat fuq sfond kalm b’kuluri trasparenti, kalmi u siekta denji ta’ Rothko. F’din lesperjenza ta’ min hawnhekk ngħaddi osservazzjoni li fil-qari attent tal-poeżija ta’ Ebejer – li fil-fehma tieghi tikkumplimenta l-arti viziva tieghu- wieħed isib li t-triq, il-vjaġġ, id-demm iċarċar, is-skiet huma temi rikorrenti.

The passage of memory

F’kummenti dwar opri murija f’wirjiet oħra jissemma li t-teknika qawwija u leffett espressiv tagħha fuq it-tila f’pitturi bikrija jfakkruna fil-leblieba primittiva tal-bniedem għall-aggressività u t-tixrid tad-demm. Iktar ’il quddiem l-istess teknika u espressjoni bl-istess qawwa u effett iserrħu l-enerġija interjuri u lħeġġa ħerqana li tbaqbaq sħuna f’qalb l-artist. L-aggressività u t-tixrid taddemm bħal donnhom jibdew jimmansaw għalkemm baqa’ jinħass ir-riħ ta‘ xi ġerħa bikrija li bħal donnha baqgħet miftuħa u għadha qed tieħu żmien biex tagħlaq u tfieq għal kollox.

Jiena u naħdem ma’ Damian għal din il-wirja, nosserva l-pitturi, ma stajtx ma niftakarx fil-ktieb, illum klassiku, ta’ Richard Rohr, From Wild Men to Wise Men. Rohr ħadem u jaħdem ħafna ma’ rgiel fuq l-identità maskili jew ilmaskulinità li mill-bidu tas-seklu li għadda daħlet fi kriżi eżistenzjali minħabba l-moviment femminista (jew aħjar il-moviment femminista wera l-kriżi li kienet tinsab fiha l-maskulinità). Osservazzjonijiet psikoloġiċi juruna li l-għeruq talkriżi tal-maskulinità jinsabu f’dik li tissejjaħ il-ġerħa tal-missier li lkoll kemm aħna nbatu minnha u nipperpetrawha fuq uliedna u wlied uliedna jekk ma nikbrux minnha biex minn wild insiru wise. Parti essenzjali f’dan il-proċess ta’ trasformazzjoni hija l-memorja, it-tifkira, jew kif ngħidu f’termini Liturġiċi Kattoliċi: memorjal li jrid ifisser l-għixien ta’ issa fit-tifkira tal-Għid ta‘ Kristu (migruh fuq is-salib imma rebbieh) aħna u nħarsu ’l quddiem lejn il-ġejjieni.Ebejer jistqarr li l-arti tagħtih mhux biss spazju espressiv imma tagħtih ukoll skop fil-ħajja. Ma niżbaljawx jekk nistħajlu li f’Angel Of The Blue Flame Heart’ (2011) – li kellna ngħattuh minħabba l-protesti ta’ viżitaturi Maltin li tkażaw aħna u narmaw il-wirja – Ebejer jagħtina bħal awtoritratt surreali li fih lgħera, l-innoċenza u l-vulnerabilità (qed nuża din l-espressjoni għax ma tfissirx biss dgħjufija imma wkoll uġiegħ ta’ gerha min-nifda) maqtugħa fl-arja fuq sfond espressiv – aggressiv – kalm bħal donnhom jagħtuna x’nifhmu li lartist miexi issa lejn fażi oħra tal-maturità maskili u artistika tiegħu li fiha bħal donnu jikseb lura dik l-innoċenza tal-bidu, innoċenza li hija maturata blesperjenza ta’ ħajja li taf titma’ l-qares.

Fr CharloUħud mit-tili li għandna hawnhekk murija għandhom temi bħall-Konverżjoni ta’ San Pawl, Il-Ġudizzju Universali, Il-Bidu, u l-bqija. Temi li mhumiex biss bibliċi u nsara imma wkoll arketipi tal-proċessi iebsa li ngħaddu minnhom fil-mixja tagħna f’din l-art, proċessi li jridu jwassluna għal ċerta sħuħija u integrità. F’din il-mixja, f’dan il-passaġġ tal-memorja nħabbtu wiċċna ma’ mumenti li fihom nimxu ’l quddiem, oħrajn lura, xi drabi naħarbu – bħalma hu indikat filpittura Ħarba (Escape) li fiha bhal donnu jidher granc, jipprova jahrab minn kantuniera tal-kwadru li jzommu fih.

B’dawn il-ħsibijiet nistedinkom induru din il-wirja li se teħodna mill-moghdija tal-memorja mhux biss tal-artist li f’din il-waqfa permezz tal-wirja donnu jrid jagħlaq fażi u jiftaħ oħra fl-avventura artistika, imma wkoll ta’ kull wieħed u waħda minna aħna u nħarsu lejn il-mixja tagħna fid-dawl tal-arti ppreżentata hawnhekk quddiemna bħala riflessjoni dwar il-pajsaġġ tal-memorja…The Passage of Memory.

Charlò Camilleri, O. Carm.
21.11.2013

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook