­

San GuzeppIl-qima lejn San Ġużepp, fil-Karmelu tidher mhux biss fil-kult liturġiku imma wkoll f’xi devozzjonijiet partikulari marbutin ma’ dan il-qaddis u li se nsemmuhom hawnhekk.

A. F’kull kunvent Karmelitan, ġeneralment, malli tidħol, għandek issib ħdejn il-bieb xbieha ta’ San Ġużepp iħares id-dar u l-familja reliġjuża ta’ Marija. 

B. Ir-Ritwal Karmelitan imbagħad kien fih ir-rit tat-tberik tal-kuruna tar-rużarju ta’ San Ġużepp. Dan ir-Rużarju huwa minsuġ minn disa’ misteri, maqsuma fi tliet partijiet li jfakkru:

1. it-Tnissil ta’ Ġesù,
2. id-Dehra tal-Anġlu lil Ġużeppi,
3. it-Twelid ta’ Ġesù,

4. il-Preżentazzjoni fit-Tempju,
5. il-Ħarba lejn l-Eġittu,
6. is-Sejba ta’ Ġesù fit-Tempju

7. il-Ħajja Moħbija f’Nażaret
8. il-Mewt ta’ Ġużeppi
9. id-Daħla ta’ Gużeppi fis-sema

C. Ir-rit tat-tberik taċ-ċurkett ta’ San Gużepp, li kien jintlibes mhux biss b’turija ta’ devozzjoni lejn San Gużepp imma wkoll bħala sinjal tar-rabta ta’ min jilbsu ma’ Gesù u Marija kif ukoll tal-qadi lilhom fuq l-eżempju ta’ San Gużepp.

Dwar iċ-ċurkett ta’ San Gużepp ta’ min isemmi li l-Qaddej ta’ Alla l-Papa Gwanni Pawlu II, bħala Terzjarju Karmelitan, nhar id-19 ta’ Marzu 2004, ħalla ċ-Curkett tas-Sajjied f’idejn ix-xbieha ta’ San Gużepp meqjuma fil-Knisja Karmelitana ta’ Wadowice fil-Polonja, proprju bħala sinjal tal-fedeltà u d-dedikazzjoni lejn Gesù u Marija, waqt li ħeġġeġ lill-Karmelitani biex “jikkontemplaw lil San Gużepp bħala l-mudell perfett tal-ħajja intima ma’ Gesù u Marija, kif ukoll Patrun tal-ħajja tat-talb ġewwieni u tal-ħajja ta’ qadi bla heda lill-aħwa”. Il-Beatu Papa Gwanni XXIII, fi ftuħ il-Konċilju Vatikan II kien ukoll ħalla ċ-Ċurkett tas-Sajjied f’idejn ix-xbieha ta’ San Ġużepp meqjuma fil-Katidral ta’ Kalisz.

Fuq livell ta’ studju u approfondiment teoloġiku, nistgħu insemmu li matul is-sekli Karmelitani bħat-teologu Andrea Horuken u Rafel il-Bavariż kitbu opri teoloġiċi u devozzjonali fuq San Ġużepp. Fi żminijietna, sa mill-1947, il-Karmelitani Skalzi fi Spanja wkoll jippublikaw ir-rivista xjentifika Estudos Josefinos li tħeġġeġ ir-riċerka teoloġika u pastorali marbuta ma’ San Ġużepp.

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook