Popolarment meta nghidu li xi hadd huwa Farizew, inkunu qed infissru li huwa wicc b’iehor, u ghaldaqstant nimmaginaw li l-Farizej ta’ zmien Gesù kienu hekk ukoll. L-ewwelnett ma nistghux nitfghu il-Farizej f’keffa wahda u niggeneralizzaw. Li hu zgur hu li kienu nies religjuzi hafna u osservanti. Ghaldaqstant bhal kull kategorija ta’ nies religjuzi kont issib fihom il-kuluri kollha tal-qawsalla. Issib lil min iperrec l-ghemil tajjeb tieghu quddiem kulhadd biex jidher, ohrajn li kellhom hegga kbira ghal imgieba gusta u tajba, imma b’xi mod ihallu dejjem ghall-ghada u ghada qatt ma jigi, ohrajn skrupluzi fl-osservanza ezatta tal-ligijiet, rashom mimlija li se jsalvaw lilhom infushom, ohrajn b’umiltà pjetuza ezagerata, jiehdu bixra ta’qaddisin mexjin fl-art, ohrajn li jobdu l-kmandamenti ghax imwerwrin minn Alla u l-gudizzju tieghu, ohrajn li qalbhom kienet tassew taqbad bl-imhabba ta’ Alla u sincerament riedu jaqduh. Inkunu sinciera… ma narawx lilna nfusna f’dal-kategoriji ta’ nies religjuzi?
San Gwann tas-Salib iwissina li n-nies religjuzi, bid-devozzjoni u l-qdusija kollha taghhom jinzammu spiss ilsiera tas-sebat’irjus tad-dnubiet il-mejta li jaqtghuna mill-kuntatt ma’ Alla. Iva, anke l-hwejjeg qaddisa jistghu jaqtghuna minn Alla: 1) It-Tkabbir fuq l-ohrajn ghax jahsbu li huma xi xempju tar-rettitudni u allura jkejlu u jiggudikaw il-hajja spiritwali tal-ohrajn bil-qjies li jigi lilhom; 2) Il-Kilba li jiksbu l-qdusija bil-hila u l-isforzi taghhom u hekk jonqsu mill-faqar tal-ispirtu, tarahom minn laqgha ghal ohra, bla kwiet f’gisimhom; 3) Iz-Zina fil-hwejjeg tar-ruh billi flok ifittxu lil Alla wahdu jitpaxxew fil-gost u l-pjacir tal-konsolazzjonijiet, l-emozzjonijiet u t-tferfir, id-dehriet u l-fenomeni straordinarji, mirakli, ghegubijiet; 4) Il-Korla li tigi min-nuqqas ta’ sabar ghad-difetti tal-ohrajn u taghhom infushom u fl-istennija ta’ Alla; 5) Zaqqieqa ghall-gost u l-pjaciri tal-prattika tal-fidi. Qishom tfal jilghabu tal-Knisja; 6) L-Ghira ghal min jarawh miexi ‘l quddiem fil-hajja tar-ruh; 7) It-Telqa jew hedla li tigi mit-tnikkir fil-hwejjeg ta’ Alla. Ghalkemm forsi dan il-hazen jahbuh taht qoxra sabiha f’ghajnejn in-nies, quddiem Alla dawn it-talin huma ghomja msejkna li jahsbu li qed jaraw.
Alla permezz ta’ Izaija fl-ewwel qari, ivenven kelmtejn tajba fuq din it-tip ta’ religjozità li hi pagana u falza sa mill-qalba taghha. Ghalxejn is-sawm u kull prattika religjuza b’gieh lil Alla jekk mhux imsiehba mal-gieh tal-imhabba lejn hutna bnedmin. X’jiswielna t-tahrig religjuz taghna jekk qalbna mbeghda minn ma’ Kristu, jekk hu l-Gharus tar- ruh mhuwiex maghna?
Go Ahead, Leave A Comment