Urini, Mulej, sinjali ta’ mħabbtek!

(Dewt. 4:1.5-9; S 147; Mt 5:17-19)

Fiż-żmien li fih isseħħ il-ġrajja rrakkontata fil-Ktieb tad-Dewteronomju, il-poplu Lhudi jinsab fuq l-għatba tal-Art Imwegħda. Il-poplu għadda erbgħin sena fid-deżert, u minn fost dawk li ħarġu mill-Eġittu fadal biss … Mosè, Ġożwè, u Kaleb. Fil-ewwel qari tal-quddiesa tal-lum, Mosè qiegħed ikellem lill-poplu u jfakkru fil-Kelma li rċieva ħdejn is-Sinaj minn Alla stess meta tah – permezz ta’ Mosè – stil ta’ ħajja li għandu jgħix fl-istess Art li issa kien dieħel fiha.

Neg78-12, F12Fl-Evanġelju tal-lum, imbagħad, Ġesù jindirizza lill-folla, fl-hekk imsejjaħ “Diskors tal-Muntanja”, filwaqt li juri kif ġie biex iwassal għall-milja tagħhom il-”Liġi u l-Profeti”. Il-Lhud ta’ żmien Ġesù kienu jużaw espressjonijiet bħal din (ara Mt 7:12; 11:13; 22:40; Lq 16:18; Ġw 1:45; Atti 13:15; 28:23; Rum 3:21), kif ukoll “il-Liġi, l-Profeti, u s-Salmi” (Lq 24:44) jew inkella sempliċiment “il-Liġi” (bħal f’Mt 5:18; Ġw 10:34; 12:34; 15:25; 1 Kor 14:21) biex jirreferu għall-Iskrittura Mqaddsa. Ġesù, mela, se jwassal l-Iskrittura għall-milja tagħha, u dan jagħmlu billi jindirizza ‘l-poplu lejn l-ispirtu li bih kellhom jgħixu l-istess Kelma li ta Alla lil Mosè fuq is-Sinaj. Il-poplu kien ta’ spiss jara lill-Kittieba, il-Fariżej, u x-Xjuħ tal-poplu jipprattikaw bl-iktar mod impekkabbli din l-istess Skrittura jew Liġi.

Iżda, Ġesù jixtieq juri li aktar milli l-ordinijiet fihom infushom, il-milja tinsab fl-ispirtu u l-qalb li bihom nisimgħu lill-Missier ikellimna fil-ħajja tagħna. Faċli li f’ħajjitna nwaqqfu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla fuq strutturi li lilna jagħmluna kuntenti, jew li bihom inħossuna sikuri. L-ispirtu t’Alla, però, jiġbidna lejn “artijiet” ġodda. Dawn l-”artijiet” jistgħu jkunu ċirkustanzi ġodda, diffikultajiet li ma konniex qed nistennew, sejħat li l-Mulej jixtieq jagħmlilna, tentazzjonijiet li mingħalina diġà rbaħna, relazzjonijiet li marru ħażin, xogħol ġdid jew inkella mitluf, eċċ. F’dawn l-”artijiet” ġodda, Ġesù qiegħed jistedinna nsibu l-milja tal-”Liġi u l-Profeti”; mistednin nħarsu fihom bl-ispirtu li tana Hu stess filwaqt li ngħixuhom miegħu għax Hu wegħidna li se jibqa’ magħna (Mt 28:20).

Fil-mixja ta’ dan ir-Randan, Ġesù llum jistedinna nħarsu lejn ir-realtajiet tagħna, u lejn kif aħna qegħdin inħalluH jidħol “qalb it-taġnijiet u l-borom” tal-ħajja ta’ kuljum. U tassew, il-”milja” għal Ġesù mhijiex xi punt hemm fuq, ‘il bogħod, li diffiċli nilħquh: “l-ikbar fostkom”, jgħidilna, “għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mt 23:11) għax “l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir” (Mt 18:4).

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook