Ma nisgħux ngħidu li kull kwadru reliġjuż huwa ikona, għalkemm ċertament kienu ħafna l-pitturi li matul iż-żminijiet ipproduċew kwadri sbieħ b’temi reliġjużi u bibbliċi. Għalkemm fl-ikona nammiraw il-ħila estetika tal-artist, dak li jħares fiha (attenti, mhux lejha) jikkontempla misteru. Fil-fatt ngħidu li l-ikona għandha karattru sagru:għaliex tiġi kkonsagrata u mbierka permezz ta’ talb, riti, u barkiet speċjali li jsiru dejjem fil-knisja waqt id-Divina Liturġija u għaliex titqaddes permezz tat-talb tan-nies.
F’din it-taħdita P. Glen Attard jintroduċi lis-semmiegħa għall-ispiritwalità tal-ikoni, u kif nistgħu aħna nitolbu permezz tagħhom.
Go Ahead, Leave A Comment