Illum il-Knisja tiftah il-ferji l-kbar tal-Avvent u li huma t-thejjija immedjata ghall-Milied. Il-liturgija b’insistenza ssejjah lill-Messija biex ifittex jigi u ma jiddawwarx. F’dawn il-jiem il-liturgija taghtina Antifona kuljum li biha l-Knisja ssejjah lill-Gharus taghha Sidna Gesu b’titli partikulari mehudin mill-Iskrittura, sabiex ma jiddawwarx. Illum il-Knisja tghajjat lil Kristu bhala l-Gherf ta’ Alla l-Gholi li jmexxi […]
CONTINUE READINGB’ liema awtorità qed taghmel dawn il-hwejjeg? jistaqsu l-kapijiet tal-poplu, lil Gesù. L-awtorità ta Gesù mhijiex gejja minn xi maggoranza li ghazlitu b’mexxej. Lanqas ma hija gejja mill-popolarità li kien igawdi minnha. l-awtorità ta’ Gesù gejja mill-ghotja tieghu innifsu lil Alla u lill-poplu afdat f’idejh. Huwa l-midluk ta’ Alla, l-Messija li jqieghed kollox f’postu: ara […]
CONTINUE READINGInti huwa dak li ghandu jigi jew nistennew lil xi hadd iehor? Din il-mistoqsija Gwanni l-Battista jaghmilha lil Gesù permezz tad-dixxipli tieghu, mibghuth waqt li hu kien mizmum fil-habs, ghaliex Gesù ma kienx qed igib ruhu hekk kif habbar Gwanni l-prekursur! Gwanni kien habbar li l-Messija gej bil-midra f’idu u se jitfa’ l-karfa fin-nar li […]
CONTINUE READINGFigura oħra mportanti fl-Avvent hija l-Profeta Elija. Dan li hu meqjus mil-Lhud u l-Karmelitani bħala l-aqwa fost il-profeti kollha “min hu bħalek u daqsek?” tkantalu l-iskrittura, kważi eku ta kliem San Mikiel lil Luċifru: “Min hu bħal Alla?” Elija, li ismu jfisser Eliyyahu – “Alla hu ħaj” kellu l-missjoni li jgħix fil-preżenza ta’ Alla u […]
CONTINUE READINGL-istennija hija wkoll skola ta’ tagħlim. Hija proċess ta’ formazzjoni li fiha noqgħodu kwieti nitgħallmu mingħand Alla, nisimgħu kelmtu, nirriflettu, nixtarru, ngħarblu lilna nfusna u dak li jiġri madwarna. Jiena ngħallmek għall-ġid tiegħek jgħid il-Mulej lill-poplu tiegħu bħalma missier ikellem lil ibnu b’kull mod u b’paċenzja kbira biex jgħallmu. Ħafna drabi minna jonqos li ma […]
CONTINUE READINGIl-liturġija tal-Avvent illum tibda’ taqleb bil-mod il-mod il-folja. Waqt li s’issa rriflettejna u ffukajna fuq il-misteru tal-miġja ta’ Kristu fina ta’ kuljum u fil-misteru tat-tieni miġja tiegħu, illum tidħol il-figura ta’ Ġwanni l-Battista li Ġesu jsejjaħlu l-ikbar wieħed fost ulied in-nisa. Ġwanni l-Battista hu l-Prekursur. Dak li ġie qabel il-Mulej. U aħna u resqin issa […]
CONTINUE READINGL-istennija tal-Avvent hija biex ngħidu hekk eżerċizzju u formazzjoni biex niftħu għajnejna ħalli naraw sewwa, fil-profond. Alla permezz tal-Profeta Iżaija jistieden lill-poplu jiftaħ għajnejh ħalli jara. X’iridna naraw Alla? L-ewwelnett naraw li hu jinsab taħt dak kollu li jidher. Hu diġa jinsab fostna kif jgħidilna Ġesu: Is-saltna ta’ Alla tinsab f’nofskom. It-tieni biex naraw u […]
CONTINUE READINGFarrġu, farrġu lill-poplu tiegħi jgħid Alla permezz tal-profeta Izaija. Waqt li l-poplu jinsab fid-dezert, fix-xejn, Alla jistiednu jibni triq. Kemm huwa minnu dan! Kemm nistgħu il-qtiegħ ta’ qalb, iċ-ċirkustanzi li jimblukkawna u jillimitawna nużawhom biex inħejju triq għall-Mulej. Id-deżert tagħna, il-limitu, id-diżgrazzji tagħna kollha jistgħu ikunu okkażjoni li bihom aħna nħallu lil Alla jibdilna minn […]
CONTINUE READINGIt-tieni ħadd tal-Avvent jiftaħ bit-tħabbira ta’ Iżaija meħuda minn dik il-parti tal-ktieb li tissejjaħ il-ktieb tal-Għimmanuel. F’dan il-ktieb, Iżaija jitkellem dwar iz-zokk niexef li hu simbolu tal-poplu li nqata minn Alla u allura nixef. Madanakollu minn dan iz-zokk niexef toħroġ fergħa li timla lil dan il-poplu b’tama u ferħ qaddisa għax mhux kollox hu mitluf. […]
CONTINUE READINGIs-Solennita tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija tiġi fl-Avvent għal raġuni partikolari. Aħna nitkellmu ħafna dwar li l-Avvent huwa żmien ta’ tħejjija sabiex niltaqgħu mal-Mulej li ġej iżurna. Tajjeb niftakru li mhux aħna biss inħejju ruħna sabiex nilqgħu lil Mulej li ġej, imma huwa Alla li jħejjina sabiex inkunu nistgħu nilqgħu din il-miġja tieħu fostna. F’Marija […]
CONTINUE READING